Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
14 ta' Novembru 2014
O-000084/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000084/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Mara Bizzotto, Matteo Salvini, Marine Le Pen, Gianluca Buonanno, Lorenzo Fontana, Mario Borghezio, Louis Aliot, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Giulia Moi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Valli, Marco Zanni, Marco Zullo, Gerolf Annemans, Marie-Christine Arnautu, Zoltán Balczó, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Aymeric Chauprade, Marcel de Graaff, Mireille D'Ornano, Edouard Ferrand, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, Hans Jansen, Barbara Kappel, Gilles Lebreton, Philippe Loiseau, Vicky Maeijer, Dominique Martin, Georg Mayer, Bernard Monot, Sophie Montel, Franz Obermayr, Jean-Luc Schaffhauser, Olaf Stuger, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky, Udo Voigt

 Suġġett: Il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti, l-Isħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment, u r-riskji għas-sistema Ewropea tad-denominazzjoni tal-oriġini

Dan l-aħħar, il-mandat mogħti mill-Kunsill tal-UE lill-Kummissjoni, li fih il-linji gwida għan-negozjar tal-ftehim tal-kummerċ ħieles tal-Isħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti, sar pubbliku.

It-tħassib tal-produtturi agroalimentari dwar l-effetti negattivi li dan il-ftehim se jkollu fuq l-istandards ta' eċċellenza Ewropej huwa pjuttost ġustifikat.

Filwaqt li fl-Ewropa d-denominazzjoni tal-oriġini, id-DPO u l-IĠP, huma rregolati minn speċifikazzjonijiet riġidi li jiċċertifikaw il-kwalità u l-oriġini tal-prodott, fl-Istati Uniti dawn jitqiesu bħala "ismijiet komuni" użati mingħajr ebda restrizzjoni. Minħabba t-tħassib leġittimu tal-produtturi Ewropej fil-konfront ta' dan l-użu qarrieqi tad-denominazzjoni, l-imprendituri Amerikani ħolqu Konsorzju għal Ismijiet tal-Ikel Komuni (CCFN) li jiddefendi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti "Asiago tal-Wisconin", il-Parmiġġan, il-Brie jew il-Camembert u jagħmilha diffiċli, f'dan is-suq, li jiġu protetti l-prodotti Ewropej.

Fit-test tal-Kunsill hemm miktub li "n-negozjati ser ikollhom l-għan li jirrikonċiljaw l-approċċi tal-UE u tal-Istati Uniti għar-regoli tal-oriġini": fid-dawl tal-fatt li l-motivazzjonijiet sottostanti wara dawn l-approċċi huma opposti, kif bi ħsiebha l-Kummissjoni tassigura l-protezzjoni assoluta, mingħajr derogi, tad-denominazzjonijiet tal-oriġini Ewropej, li qed jirriskjaw li jitilfu l-valur legali, ekonomiku u kwalitattiv b'konsegwenzi devastanti għas-settur sħiħ tal-produzzjoni agroalimentari Ewropea?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: IT
Avviż legali