Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000091/2014

Testi mressqa :

O-000091/2014 (B8-0101/2015)

Dibattiti :

PV 09/02/2015 - 14
CRE 09/02/2015 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 29k
4 ta' Diċembru 2014
O-000091/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000091/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: It-tikkettar tal-pajjiż ta' oriġini għall-ingredjenti tal-laħam fl-ikel ipproċessat
 Tweġiba fil-plenarja 

Skont ir-riċerka li għamlet il-Kummissjoni stess, 90% tal-konsumaturi jixtiequ jkunu jafu l-oriġini tal-ingredjenti tal-laħam fl-ikel ipproċessat. Wara l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel, hemm ħtieġa saħansitra aktar urġenti ta' informazzjoni ċara li għandha tingħata lill-konsumaturi u ta' aktar trasparenza u responsabbiltà fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Fis-17 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-laħam użat bħala ingredjent. Ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jiddikjara wkoll li l-Kummissjoni tista' żżid proposti ma' dan ir-rapport biex timmodifika d-dispożizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha intenzjoni tressaq proposti leġiżlattivi?

Filwaqt li r-rapport tal-Kummissjoni, ibbażat fuq konsultazzjoni mal-industrija, juri li t-tikkettar tal-pajjiż tal-oriġini tal-laħam fl-ikel ipproċessat jista' jwassal għal żieda fil-prezzijiet ta' bejn 15-50%, il-Kummissjoni hi konxja tar-riċerka dwar il-konsumatur li turi li t-tikkettar tal-oriġini tal-laħam f'lażanja ffriżata jiswa biss medja ta' EUR 0.015 iktar u EUR 0.008 biss għal zalza Bolognese? Barra minn hekk, filwaqt li r-rapport tal-Kummissjoni jgħid li t-tikkettar ta' jekk il-laħam huwiex ta' sorsi tal-UE jew le, ikun soluzzjoni ħafna orħos, il-Kummissjoni hi konxja li r-riċerka sabet li din ma tkunx soluzzjoni aċċettabbli għall-konsumaturi? Finalment, il-Kummissjoni investigat it-tikkettar voluntarju ta' oriġini tal-laħam fl-ikel ipproċessat, prattika li diġà hija mifruxa fost il-bejjiegħa bl-imnut Ewropej?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali