Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
10 ta' Diċembru 2014
O-000094/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000094/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dominique Bilde, Sophie Montel, Mireille D'Ornano, Steeve Briois, Florian Philippot, Mylène Troszczynski, Jean-Marie Le Pen, Marie-Christine Arnautu, Bruno Gollnisch, Dominique Martin, Rikke Karlsson, Harald Vilimsky, Georg Mayer, Marie-Christine Boutonnet, Marine Le Pen, Gerolf Annemans, Mara Bizzotto, Rolandas Paksas, Mario Borghezio, Gianluca Buonanno, Nicolas Bay, Edouard Ferrand, Jean-François Jalkh, Sylvie Goddyn, Philippe Loiseau, Gilles Lebreton, Louis Aliot, Bernard Monot, Joëlle Mélin, Matteo Salvini, Piernicola Pedicini, Marco Zanni, Marco Valli, Marco Zullo, Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, Dario Tamburrano, David Borrelli, Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Eleonora Evi, Giulia Moi, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Rosa D'Amato, Marco Affronte

 Suġġett: Arranġamenti fl-industrija farmaċewtika

F'Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea nediet inkjesta settorjali fl-industrija farmaċewtika u fit-3 ta' Diċembru 2010 ikkonfermat li kienu saru spezzjonijiet għall-għarrieda f'dan is-settur.

Filwaqt li bosta arranġamenti huma rregolati mil-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni u għaldaqstant huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, oħrajn huma kompletament irregolati mil-liġi tal-UE.

L-Unjoni Ewropea, li s-soltu tirrapporta fil-pront il-forom kollha ta' protezzjoniżmu u l-ostakoli għall-kompetizzjoni, tidher inqas ikkonċernata dwar l-arranġamenti bejn il-kumpaniji farmaċewtiċi ewlenin u l-kompetituri speċjalizzati fil-manifattura ta' prodotti mediċinali ġeneriċi.

Fil-fatt, jidher li hemm inqas prodotti mediċinali ġodda deħlin fis-suq u l-wasla tal-mediċini ġeneriċi xi kultant tidher li qed tieħu ż-żmien.

1. Il-Kummissjoni tista' tispjega b'mod ċar il-konklużjonijiet tal-inkjesti tagħha u l-miżuri li beħsiebha tieħu sabiex tevita l-arranġamenti fis-settur farmaċewtiku, kemm dawk fi ħdan l-Unjoni kif ukoll dawk ma' kumpaniji minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea?

Il-Kummissjoni se timponi multi fuq kumpaniji farmaċewtiċi li jabbużaw minn din il-prattika? Ta' min ifakkar li l-Kummissjoni tista' timponi multi minn EUR 1 000 sa EUR 1 miljun iżda dan l-ammont jista' jiżdied għal 10% tal-fatturat tal-intrapriża.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali - Politika tal-privatezza