Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
17 ta' Diċembru 2014
O-000099/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000099/2014
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Monika Hohlmeier, Roberta Metsola, Elissavet Vozemberg, Emil Radev, Anna Maria Corazza Bildt, Barbara Matera, Salvatore Domenico Pogliese, Jeroen Lenaers, f'isem il-Grupp PPE

 Suġġett: It-triq 'il quddiem għall-Frontex

Hekk kif il-pressjoni migratorja qed tkompli tiżdied, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) qed ikollha tieħu f'idejha numru dejjem akbar ta' kompiti, anke minħabba r-Regolament (UE) Nru. 656/2014 adottat reċentement li jirregola t-tfittxija u s-salvataġġ f’operazzjonijiet konġunti u r- Regolament (UE) Nru 1052/2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR). Il-Frontex hu involut mill-qrib f'operazzjonijiet konġunti għall-ġestjoni tal-konfini, li jinkludu l-obbligu ta' tfittxija u salvataġġ, b'konformità mad-dritt tal-UE. Wieħed mill-kompiti tal-Frontex jitratta l-operazzjoni konġunta "Triton", kkoordinata minnu u li saret operattiva bis-sħiħ fl-1 ta' Novembru 2014; madankollu, mhuwiex ċar x'inhu l-kontribuzzjonijiet li sejrin jsiru mill-Istati Membri fil-ġejjieni. Il-Kunsill hu mitlub iwieġeb is-segwenti:

– Liema huma l-isfidi l-ġodda għall-Frontex? X'riżorsi jeħtieġ il-Frontex biex jiffunzjona b'mod korrett f'dan il-mument ta' pressjoni migratorja daqstant għolja? Il-Frontex kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu bir-riżorsi li għandu bħalissa, inkluż biex jitratta talbiet ta' appoġġ ġodda li jistgħu joriġinaw minn Stati Membri li attwalment ma jospitaw l-ebda operazzjoni tal-Frontex? Il-baġit u r-riżorsi umani attwalment disponibbli huma biżżejjed biex jiffaċċja l-kompiti tiegħu?

– X'appoġġ jeħtieġ il-Frontex biex iwettaq il-kompiti tiegħu aħjar? Għandha ssir definizzjoni aktar ċara tar-rwol tiegħu fil-konfini tal-arja, l-art u fuq il-baħar tal-UE? X'inhuma l-prijoritajiet strateġiċi tiegħu?

– Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri huma suffiċjenti? Jeżistu xi pjanijiet għal kontribuzzjonijiet fuq il-perjodu twil ta' żmien? L-Istati Membri qegħdin jappoġġaw l-operazzjonijiet konġunti kif mixtieq? X'diffikultajiet qed jiġu ffaċċjati fil-kollaborazzjoni bejn il-Frontex u l-Istati Membri, u kif tista' tiġi ggarantita kooperazzjoni miftuħa trasparenti mill-Istati Membri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali