Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
18 ta' Diċembru 2014
O-000102/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000102/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Laura Ferrara, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Daniela Aiuto, Jan Philipp Albrecht, Margrete Auken, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Alberto Cirio, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Pascal Durand, Eleonora Evi, Eleonora Forenza, Sven Giegold, Ingeborg Gräßle, Ivan Jakovčić, Benedek Jávor, Philippe Lamberts, Ulrike Lunacek, Barbara Matera, Giulia Moi, Alessandra Mussolini, Notis Marias, Piernicola Pedicini, Salvatore Domenico Pogliese, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Jordi Sebastià, Davor Škrlec, Igor Šoltes, Barbara Spinelli, Bart Staes, Dario Tamburrano, Josep-Maria Terricabras, Ernest Urtasun, Ivo Vajgl, Marco Valli, Marco Zanni, Marco Zullo

 Suġġett: Miżuri Ewropej għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni

Fit-23 ta' Ottubru 2013, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus(1). Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tista' tikkjarifika:

1. jekk tfaċċawx każijiet ta' korruzzjoni sistematika u fuq skala kbira li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-UE, jekk tressqux quddiem il-qorti u, jekk iva, x'kienu r-riżultati;

2. jekk ittieħdux miżuri biex jiġu identifikati u sanzjonati l-hekk imsejħa reati "emerġenti" deskritti fil-paragrafu 125 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq;

3. l-ogħla livell fir-rigward tal-pubblikazzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

4. jekk fi ħdan il-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus għall-perjodu 2014-2019 humiex inklużi pjanijiet sabiex:

a) tittieħed azzjoni leġiżlattiva bil-għan li jiġu pprovduti standards minimi, imsejsa fuq l-Artikolu 83 TFUE, għall-introduzzjoni ta' definizzjoni tal-kriminalità organizzata (inkluż ir-reat ta' involviment f'organizzazzjoni tat-tip tal-mafja);

b) tiġi rregolata l-konfiska ta' rikavati ta' reati marbuta mal-kriminalità organizzata, anki fl-assenza ta' sentenza finali;

c) jittieħdu miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, il-piraterija u ċ-ċiberkriminalità;

d) jiġu introdotti dispożizzjonijiet għad-dewmien jew l-ommissjoni ta' qbid, arrest jew detenzjoni meta jkunu neċessarji għall-ksib ta' evidenza importanti jew l-identifikazzjoni jew il-qbid ta' dawk responsabbli għal reati marbuta mat-traffikar tad-drogi.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza