Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000001/2015

Testi mressqa :

O-000001/2015 (B8-0102/2015)

Dibattiti :

PV 09/02/2015 - 12
CRE 09/02/2015 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 27k
20 ta' Jannar 2015
O-000001/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000001/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pavel Svoboda, Jean-Marie Cavada, Angel Dzhambazki, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali

 Suġġett: Grupp ta' esperti tal-Kummissjoni għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
 Tweġiba fil-plenarja 

Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 kkonferixxa lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) kompiti differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati u appoġġati attivitajiet fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fit-twettiq ta' dawn il-kompiti, l-UASI kellu jorganizza, jamministra u jappoġġa l-laqgħa ta' esperti fi ħdan l-Osservatorju. Kellu wkoll jikkonsulta u jikkoopera ma' attivitajiet oħra fil-livell nazzjonali, Ewropew u, fejn xieraq, dak internazzjonali, joħloq sinerġiji mal-attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet bħal dawn u jevita kwalunkwe tip ta' duplikazzjoni ta' miżuri.

Hekk kif previst fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6449 tas-16 ta' Settembru 2014 waqqfet grupp ta' esperti għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Uħud mill-kompiti tiegħu jidhru li huma simili għal dawk tal-Osservatorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-iskambji tal-aħjar prattika.

1. Tista' l-Kummissjoni tispjega d-differenza bejn il-kompiti assenjati lill-Osservatorju u dawk assenjati lill-grupp ta' esperti għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali? B'mod partikolari, tista' tispjega l-valur miżjud mogħti mill-grupp ta' esperti kkomparat ma' dak li diġà jeżisti fl-Osservatorju?

2. Peress li l-ħolqien ta' dan il-grupp ser ikollu implikazzjonijiet finanzjarji, tista' l-Kummissjoni tiggarantixxi li mhux ser ikun hemm duplikazzjoni tal-kompiti, u b'hekk li ma jkun hemm ebda nefqa bla bżonn li tmur kontra l-għan tar-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi?

3. Tista' l-Kummissjoni tikkonferma li l-Parlament ser jiġi mistieden jibgħat esperti sabiex jattendu l-laqgħat tagħha bħala osservaturi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali