Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
5 ta' Frar 2015
O-000015/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000015/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Steeve Briois, Marine Le Pen, Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot, Edouard Ferrand, Louis Aliot, Jean-Marie Le Pen, Marie-Christine Boutonnet, Jean-François Jalkh, Gilles Lebreton, Joëlle Mélin, Bruno Gollnisch, Mylène Troszczynski, Marie-Christine Arnautu, Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, Nicolas Bay, Dominique Martin, Jean-Luc Schaffhauser, Aymeric Chauprade, Bernard Monot, Philippe Loiseau, Franz Obermayr, Angel Dzhambazki, Gerolf Annemans, Barbara Kappel, Olaf Stuger, Mario Borghezio, Marcel de Graaff, Hans Jansen, Mara Bizzotto, Lorenzo Fontana, Matteo Salvini, Gianluca Buonanno, Vicky Maeijer, Georg Mayer, Harald Vilimsky, Rolandas Paksas, Tiziana Beghin, David Borrelli, Piernicola Pedicini, Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Dario Tamburrano, Eleonora Evi, Marco Affronte, Daniela Aiuto, Laura Agea, Marco Zullo, Marco Valli, Isabella Adinolfi

 Suġġett: Nuqqas ta' indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi

Il-proċedura ta' kodeċiżjoni dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi staġnat. Wara li l-Kummissjoni Ewropea rtirat il-proposta għal regolament fl-2011, l-ebda test ġdid ma tressaq, minkejja t-tfakkiriet tal-Parlament Ewropew: ara l-aħħar riżoluzzjoni adottata fis-17 ta' Jannar 2013. Fil-fatt, il-Kunsill qatt ma qabel ma din il-proposta għal regolament.. Madankollu, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini, apparti li tippermetti li jiġi miġġieled b'mod effikaċi d-dumping soċjali u ambjentali, tiggarantixxi lill-konsumatur informazzjoni trasparenti li toffrilu l-possibilità jakkwista prodott b'għarfien sħiħ tal-fatti. Fil-waqt meta l-kompatrijotti tagħna jirrealizzaw l-effetti tal-konsum tagħhom fuq l-impjiegi u l-ambjent, tisħiħ tat-traċċabilità tal-prodotti ta' konsum jiffavorixxi l-konsum ta' prodotti "lokali" u jagħti spinta ġdida lill-attività tal-impriżi tagħna. Tajjeb infakkru li informazzjoni ta' kwalità hija wieħed mis-sisien tal-libertà taċ-ċittadini u tal-ħarsien tal-konsumatur li huma garantiti permezz tal-Artikoli 4, 12 u 169 tat-TFUE.

1. Il-Kummissjoni għalfejn ma tiħux miżuri ta' prekawżjoni ta' urġenza kontra l-ittikkettar li jkollu l-għan li jiżgwida lill-konsumatur? Pereżempju, il-Kummissjoni għala ma tipprojbixxix is-sostituzzjoni tat-tikketta "Made in China" bil-kliem "Made in RPC (Repubblika Popolari taċ-Ċina)"?

2. F'każ ta' ċaħda tal-proposta għal regolament il-ġdida min-naħa tal-Kunsill, u abbażi tal-Artikoli 4 u 169(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni m'għandhiex toffri lok lill-Istati Membri biex isaħħu l-leġiżlazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur, fir-rigward ta' indikazzjoni aħjar ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi għall-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali