Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000017/2015

Testi mressqa :

O-000017/2015 (B8-0107/2015)

Dibattiti :

PV 09/03/2015 - 15
CRE 09/03/2015 - 15

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 28k
13 ta' Frar 2015
O-000017/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000017/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nicola Caputo, Pavel Poc, Jo Leinen, Michèle Rivasi, Bart Staes, Soledad Cabezón Ruiz, Renata Briano, Elena Gentile, Pina Picierno, Renato Soru, Giulia Moi, Dario Tamburrano, Eleonora Evi, Marco Affronte, Rosa D'Amato, Barbara Kappel, Eric Andrieu, Nicolas Bay, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Fabio Massimo Castaldo, Laura Agea, Laura Ferrara, Isabella Adinolfi, Tiziana Beghin, Marco Zullo, Marco Valli, Ignazio Corrao, Fredrick Federley, Jana Žitňanská, Jean-Luc Schaffhauser, Patricija Šulin, Daciana Octavia Sârbu, Tibor Szanyi, Ricardo Serrão Santos, Christel Schaldemose, Marc Tarabella, Maria Arena, Nessa Childers, Biljana Borzan, José Blanco López, Iratxe García Pérez, Matt Carthy, Kostas Chrysogonos, Lynn Boylan, Anja Hazekamp, Paloma López Bermejo, Enrico Gasbarra, Alessia Maria Mosca, Mercedes Bresso, Anneli Jäätteenmäki, Martin Häusling, Karin Kadenbach, Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Ivan Jakovčić, Pascal Durand, Diane James, Molly Scott Cato, Margrete Auken, Rolandas Paksas, Valentinas Mazuronis, Benedek Jávor, Yannick Jadot, Claudiu Ciprian Tănăsescu

 Suġġett: Kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali
 Tweġiba fil-plenarja 

Fit-2 ta' Frar 2015, il-gazzetta The Guardian ippubblikat artiklu li jirrapporta li ‘madwar 31 pestiċida li jfixklu s-sistema endokrinali b'valur ta' biljuni ta' euro setgħu ġew ipprojbiti minħabba riskji potenzjali għas-saħħa, kieku ttieħdet azzjoni fuq dokument tal-UE, li ġie bblukkjat, dwar sustanzi kimiċi li jikkupjaw l-imġiba’.

Id-dokument tal-2013 tal-Kummissjoni Ewropea jelenka elementi possibbli għall-identifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, kimiki li x-xjentisti jorbtu ma' żieda fl-għadd ta' każijiet ta' abnormalitajiet fetali u ġenitali, kanċer u infertilità. L-adozzjoni ta' kriterji għas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali – li l-iskadenza legali għaliha hi t-13 ta' Diċembru 2013 – kienet tiffaċilita azzjoni regolatorja kontrihom, inklużi projbizzjonijiet ta' sustanzi attivi fil-pestiċidi.

Madankollu, f'Lulju 2013 il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi valutazzjoni tal-impatt fuq il-kriterji, u dan waqqaf il-proċess kollu.

Tista' l-Kummissjoni tispjega għalfejn iddeċidiet li tniedi valutazzjoni tal-impatt u b'dan il-mod naqset milli tikkonforma mal-obbligu legali tagħha? Il-Kummissjoni għalfejn tikkunsidra valutazzjoni tal-impatt li tqis l-impatti ekonomiċi ta' għażliet differenti għal definizzjonijiet bħala mezz xieraq ta' kif twieġeb il-mistoqsija xjentifika ta' x'jikkostitwixxi sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali? Irrispettivament mill-ġustifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni kif se tqis il-benefiċċji tat-tnaqqis fl-esponiment għal sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fil-valutazzjoni tal-impatt?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali