Mistoqsija Parlamentari - O-000032/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000032/2015

Qirda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Daesh

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000032/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Silvia Costa, f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Proċedura : 2015/2649(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000032/2015
Testi mressqa :
O-000032/2015 (B8-0116/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-attakki reċenti mwettqa mill-ISIS/Da’esh kontra l-mużew Bardo f'Tuneż, u l-qirda intenzjonali tal-mużew ta' Mosul fl-Iraq u ta' siti storiċi fis-Sirja wrew li azzjonijiet bħal dawn jammontaw għal ferm iktar minn traġedja kulturali u jistgħu jitqiesu bħala atti ta' tindif kulturali. L-għan tat-terroristi huwa li jużaw il-qirda ta' bini ċivili u reliġjuż u ta' siti arkeoloġiċi li jappartjenu għal wirt komuni tal-umanità bħala strateġiji biex jiddestabilizzaw lill-popolazzjonijiet u jeqirdu l-identità tagħhom. Minbarra dan, is-serq ta' siti arkeoloġiċi u t-traffikar illeċitu ta' oġġetti kulturali qed jintużaw bħala 'strument ta' gwerra' biex jiffinanzjaw attivitajiet terroristiċi.

Skont il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li ġiet iffirmata 10 snin ilu, dan il-wirt kulturali komuni għandu "għandha tiġi mgħożża u ppreservata għall-ġid ta’ kulħadd". Attwalment, bosta arkeoloġi Sirjani qed jippruvaw jelenkaw, isalvaw u jaħbu, bir-riskju li jitilfu ħajjithom, il-beni kulturali mhedda li jinqerdu.

Il-Kummissjoni se tieħu l-passi meħtieġa, b'kooperazzjoni man-NU, l-Osservatorju Internazzjonali ICOM dwar it-Traffikar Illegali tal-Oġġetti Kulturali, l-Europol u l-Interpol, bi qbil mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU Nru 2199 tat-12 ta' Frar 2015, li tikkundanna l-qirda tal-wirt kulturali fl-Iraq u fis-Sirja - timblokka l-kummerċ fl-Istati Membri tal-UE ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment minn wieħed mill-pajjiżi, sakemm ikun għad hemm kundizzjonijiet ta' gwerra, u bhekk jipprevjeni li dawn jintużaw bħala sors ta' finanzjament għal attivitajiet kriminali?

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-bżonn li tistabbilixxi forma ġdida ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-UNESCO, bl-għan speċifiku li tipproteġi l-wirt kulturali fiż-żoni ta' kunflitt? Il-Kummissjoni hija biħsiebha tikkoopera mal-AES (Aġenzija Ewropea tal-Ispazju) biex jintużaw satelliti biex jiġu lokalizzati siti kulturali fiż-żona ta' kunflitt u jiġu dokumentati? Il-Kummissjoni se tqis, b'kooperazzjoni man-NU, l-UNESCO u l-Kumitat Internazzjonali ICOM tal-Blue Shield (ICBS), li tistabbilixxi unità apposta, għall-protezzjoni internazzjonali ta' wirt kulturali mhedded li jinqered jew jinsteraq? Il-Kummissjoni taqbel li l-qirda sistematika u deliberata tal-wirt komuni tal-umanità mhux biss tirrappreżenta delitt tal-gwerra, kif iddikjarat fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, iżda wkoll delitt kontra l-umanità u għandha tinġieb quddiem il-ġustizzja bħala tali?