Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
24 ta' April 2015
O-000044/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000044/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ivan Jakovčić, Marielle de Sarnez, Jozo Radoš, Hilde Vautmans, Urmas Paet, Iskra Mihaylova, Ilhan Kyuchyuk, Martina Dlabajová, Ulrike Müller, Nathalie Griesbeck, Nedzhmi Ali, Kaja Kallas, Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Petras Auštrevičius, José Inácio Faria, Filiz Hyusmenova, Ivo Vajgl, f'isem il-Grupp ALDE
Antonio Tajani, Franc Bogovič, Alberto Cirio, Salvatore Domenico Pogliese, Ivan Štefanec, Alain Cadec, Rosa Estaràs Ferragut, Michel Dantin, Milan Zver, Patricija Šulin, Deirdre Clune, Emil Radev, Cláudia Monteiro de Aguiar, Herbert Dorfmann, Esteban González Pons, Krišjānis Kariņš, f'isem il-Grupp PPE
Claudia Tapardel, Isabella De Monte, Nicola Caputo, Nicola Danti, Alessia Maria Mosca, Enrico Gasbarra, Tonino Picula, Tibor Szanyi, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho, Georgi Pirinski, Eric Andrieu, Demetris Papadakis, Eva Kaili, Momchil Nekov, Tanja Fajon, Biljana Borzan, Vilija Blinkevičiūtė, Viorica Dăncilă, Doru-Claudian Frunzulică, f'isem il-Grupp S&D
Ruža Tomašić, f'isem il-Grupp ECR
Rosa D'Amato, Laura Ferrara, Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Isabella Adinolfi, f'isem il-Grupp EFDD
Igor Šoltes, f'isem il-Grupp Verts/ALE

 Suġġett: Bord tat-Turiżmu Ewropew

It-turiżmu jiġġenera aktar minn 10 % tal-PDG tal-UE u jipprovdi impjiegi għal kważi 10 miljun ċittadin impjegati minn madwar 1.8 miljun kumpanija. It-turiżmu joffri varjetà ta' opportunitajiet ta' xogħol diretti u indiretti fi kważi s-setturi kollha tal-ekonomija nazzjonali.

Madankollu, l-esperti jibżgħu li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jonqos is-sehem tas-suq tal-Ewropa, filwaqt li fi ftit snin oħra postha jeħduh destinazzjonijiet turistiċi favoriti oħra.

L-industrija tat-turiżmu Ewropea qed tiffaċċja kompetizzjoni li kulma jmur qed tiżdied mill-Asja tax-Xlokk u mil-Lvant Nofsani, li qed jiġbdu għadd dejjem akbar ta' turisti. Il-kompetizzjoni tista' thedded is-sehem tas-suq tal-Ewropa, li bħalissa jgħodd madwar 52 %. Jekk din ix-xejra tkompli għaddejja kif inhi, is-sehem tas-suq tal-Ewropa mistenni jonqos għal 41 % sal-2030, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO).

Fid-dawl tar-rata inkredibilment għolja tal-qgħad fil-pajjiżi tal-Mediterran, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u minħabba l-ħtieġa li tiġi msaħħa l-kompetittività tat-turiżmu Ewropew, tista' l-Kummissjoni twieġeb il-mistoqsija li ġejja:

1. Għandha l-Kummissjoni l-intenzjoni li tistabbilixxi Bord tat-Turiżmu Ewropew?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali