Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
5 ta' Mejju 2015
O-000046/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000046/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Daniel Caspary, Jan Philipp Albrecht, Eric Andrieu, Georges Bach, Burkhard Balz, David Campbell Bannerman, Heinz K. Becker, Ivo Belet, Vilija Blinkevičiūtė, Andrea Bocskor, Reimer Böge, Elmar Brok, Klaus Buchner, Reinhard Bütikofer, Enrique Calvet Chambon, Nicola Caputo, Lorenzo Cesa, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Daniel Dalton, Nicola Danti, Michel Dantin, Marielle de Sarnez, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Albert Deß, Nirj Deva, Angel Dzhambazki, Christian Ehler, Frank Engel, Ismail Ertug, José Inácio Faria, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Santiago Fisas Ayxelà, Karl-Heinz Florenz, Vicky Ford, Ashley Fox, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, Sven Giegold, Jens Gieseke, Julie Girling, Esteban González Pons, Beata Gosiewska, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Matthias Groote, Andrzej Grzyb, András Gyürk, Marian Harkin, Rebecca Harms, Monika Hohlmeier, Peter Jahr, Danuta Jazłowiecka, Eva Kaili, Syed Kamall, Othmar Karas, Krišjānis Kariņš, Karol Karski, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Ska Keller, Seán Kelly, Jude Kirton-Darling, Dieter-Lebrecht Koch, Andrey Kovatchev, Werner Kuhn, Ilhan Kyuchyuk, Giovanni La Via, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Werner Langen, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Peter Liese, Norbert Lins, Sander Loones, Antonio López-Istúriz White, Bernd Lucke, Thomas Mann, Edouard Martin, Gabriel Mato, David McAllister, Emma McClarkin, Mairead McGuinness, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Miroslav Mikolášik, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Ulrike Müller, James Nicholson, Angelika Niebler, Stanisław Ożóg, Alojz Peterle, Marijana Petir, Markus Pieper, Sirpa Pietikäinen, Georgi Pirinski, Jiří Pospíšil, Cristian Dan Preda, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Emil Radev, Julia Reda, Viviane Reding, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Jacek Saryusz-Wolski, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Andreas Schwab, Molly Scott Cato, Remo Sernagiotto, Birgit Sippel, Igor Šoltes, Renate Sommer, Bart Staes, Ivan Štefanec, Jutta Steinruck, Davor Ivo Stier, Dubravka Šuica, József Szájer, Tibor Szanyi, Adam Szejnfeld, Keith Taylor, Josep-Maria Terricabras, Michael Theurer, László Tőkés, Ruža Tomašić, Ulla Tørnæs, Evžen Tošenovský, Kazimierz Michał Ujazdowski, Inese Vaidere, Adina-Ioana Vălean, Wim van de Camp, Sabine Verheyen, Axel Voss, Jarosław Wałęsa, Manfred Weber, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Anna Záborská, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Joachim Zeller, Jana Žitňanská, Milan Zver

 Suġġett: It-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub

Il-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kummissjoni huma komponent importanti tas-superviżjoni parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Konxju min-numru kbir ta' mistoqsijiet bil-miktub, il-Parlament innifsu rażżan l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu li jressaq mistoqsijiet (ħames mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub fix-xahar għal kull Membru tal-Parlament Ewropew, tul massimu ta' 200 kelma, mhux aktar minn tliet mistoqsijiet). Sfortunatament it-tweġibiet tal-Kummissjoni ħafna drabi ma jkunux informattivi, fatt li jaf jirriżulta mir-rekwiżiti interni tal-Kummissjoni rigward ir-risposti għall-mistoqsijiet (eż. apparentement it-tweġiba ma tistax taqbeż 25 linja).

1. Il-Kummissjoni liema rekwiżiti u restrizzjonijiet preċiżi imponiet fuqha nnifisha biex twieġeb il-mistoqsijiet, u kif tiġġustifika l-fatt li t-tweġibiet tagħha ħafna drabi ma jkollhomx kontenut sostanzjali?

2. Fuq liema bażi ġuridika ġew introdotti dawn ir-rekwiżiti, u f'liema livell ittieħdet din id-deċiżjoni?

3. Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel sforzi biex tbiddel il-prassi tagħha rigward ir-risposti għall-mistoqsijiet, b'tali mod li fil-futur jistgħu jkunu mistennija tweġibiet dettaljati u konklużivi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali