Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 27k
6 ta' Mejju 2015
O-000047/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000047/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marie-Christine Arnautu, Aymeric Chauprade, Barbara Kappel, Bernard Monot, Bruno Gollnisch, Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Dominique Bilde, Dominique Martin, Edouard Ferrand, Florian Philippot, Franz Obermayr, Georg Mayer, Gerolf Annemans, Gianluca Buonanno, Gilles Lebreton, Hans Jansen, Harald Vilimsky, Jean-François Jalkh, Jean-Luc Schaffhauser, Jean-Marie Le Pen, Joëlle Mélin, Lorenzo Fontana, Louis Aliot, Mara Bizzotto, Marcel de Graaff, Marie-Christine Boutonnet, Marine Le Pen, Mario Borghezio, Matteo Salvini, Mireille D'Ornano, Mylène Troszczynski, Nicolas Bay, Olaf Stuger, Peter Lundgren, Philippe Loiseau, Sophie Montel, Steeve Briois, Sylvie Goddyn, Vicky Maeijer

 Suġġett: Il-ħarsien tal-wirt Ewropew

Fil-Bordelais, 230 medda kbira ta' art tal-vitikultura inxtraw minn investituri Ċiniżi, li jesportaw il-100 % tal-produzzjoni tagħhom barra l-pajjiż. Dan jikkawża li l-prezzijiet tal-inbid u l-prezzijiet tal-għelieqi tad-dwieli jogħlew ħafna. Huma xtraw b'mod partikolari marki ta' cognac bħalma huma r-Roullet-Fransc jew il-Breuil, li minn issa 'l quddiem qed jużaw prinċipalment materjal ġej miċ-Ċina.

Dawn l-investimenti qed qed ikunu ħatja fid-degradazzjoni tal-immaġni tal-prodotti lokali, bħalma hu l-każ għad-denominazzjoni Bordeaux, li ġiet korrotta u danneġġata fiċ-Ċina, fejn l-inbejjed kultant qed jiġu miżjuda l-ilma. Il-Qorti tal-Awdituri tiddenuzja operazzjonijiet finanzjarji dubjużi mniġġsa bil-korruzzjoni, wisq spissi fil-gruppi pubbliċi Ċiniżi. Dawn l-investiment barranin qed jimminaċċaw il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodotti ta'l-wirt tal-Istati Membri u għandhom impatt żvantaġġuż fuq l-ekonomija lokali.

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tal-awtentiċità tal-wirt Ewropew. Kif għandha l-ħsieb, il-Kummissjoni, li tipproteġi dan il-wirt mill-investimenti barranin li qed jeqirdulu l-karatteristiċi tiegħu u jimminaċċaw is-sostenibilità tiegħu?

Sejra tawtorizza u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jimmaniġġjaw dawn l-investiment bil-għan li jkollhom effetti ekonomiċi lokali aħjar u bil-għan li jkunu ta' aktar ħarsien għall-ħaddiema?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali