Mistoqsija Parlamentari - O-000050/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000050/2015

Direttiva dwar il-liv tal-maternità

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000050/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iratxe García Pérez, Maria Arena, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Proċedura : 2015/2655(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000050/2015
Testi mressqa :
O-000050/2015 (B8-0120/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Sa mill-bidu ta' dan it-terminu leġiżlattiv, il-Parlament f'bosta okkażjonijiet - inkluż fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 - iddikjara b'mod ċar ir-rieda tiegħu li flimkien mal-Kunsill jieħu l-impenn u jibda negozjati dwar id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità. Il-Parlament huwa prammatiku, kostruttiv u miftuħ għall-ilħiq ta' ftehim soddisfaċenti għaż-żewġ istituzzjonijiet, u iktar importanti minn hekk, għaċ-ċittadini Ewropej. Il-Parlament huwa konvint li l-blokk jista' jiġi żblukkat jekk it-tliet istituzzjonijiet juru biżżejjed rieda politika.

Minkejja dawn is-sinjali ċari, ma kienx hemm rispons min-naħa tal-Kunsill. Il-Kummissjoni sadattant iddikjarat f'bosta okkażjonijiet l-intenzjoni tagħha li tirtira l-proposta jekk il-koleġiżlaturi ma jsibux mod kif joħorġu mill-blokk fi żmien sitt xhur.

L-irtirar imħabbar saħansitra jagħmel inqas sens meta jitqies li l-Parlament ikkonkluda l-ewwel qari tiegħu, filwaqt li d-diskussjonijiet fil-Kunsill jinsabu blukkati, u bhekk qed tiġi pperikolata l-proċedura leġiżlattiva kollha kemm hi.

1. Il-Kummissjoni tista' tindika l-passi konkreti meħuda s'issa biex tinstab soluzzjoni għad-differenzi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill?

2. Il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-Parlament qabel ma tirtira r-reviżjoni proposta tad-direttiva?