Mistoqsija Parlamentari - O-000057/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000057/2015

  Il-fracking fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Enerġija

13.5.2015

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000057/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Franz Obermayr, Louis Aliot, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Aymeric Chauprade, Mireille D'Ornano, Edouard Ferrand, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, Gilles Lebreton, Marine Le Pen, Joëlle Mélin, Bernard Monot, Sophie Montel, Florian Philippot, Jean-Luc Schaffhauser, Mylène Troszczynski, Hans Jansen, Vicky Maeijer, Olaf Stuger, Barbara Kappel, Harald Vilimsky, Georg Mayer, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Gianluca Buonanno, Lorenzo Fontana, Matteo Salvini, Gerolf Annemans, Bronis Ropė, Marco Affronte, Luke Ming Flanagan, Nikolay Barekov, Ivo Vajgl, Eleonora Evi, Pavel Poc, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, David Borrelli, Dario Tamburrano

Artiklu ppubblikat fil-gazzetta 'Die Welt' tad-9 ta’ April 2015 iddeskriva l-potenzjal kbir tal-fracking fl-Ingilterra. F'dan iż-żmien, l-Istati Membri qed jagħtu ħafna attenzjoni lill-fracking, bħal ma turi l-liġi dwar il-fracking li għaddiet dan l-aħħar fil-Ġermanja.. Anki fl-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Enerġija li qed tiġi diskussa bħalissa, il-fracking jissemma, b'mod inċidentali, bħala possibbiltà għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri.

Fid-dawl ta’ dan, iqumu l-mistoqsijiet li ġejjin:

1.  Fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn it-teknika tal-fracking ilha snin titħaddem, il-fracking huwa suġġett kontroversjali minħabba l-effetti dannużi tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni x’informazzjoni għandha rigward il-konsegwenzi msemmija tat-teknika ta' estrazzjoni? Il-Kummissjoni mitluba, b’mod partikolari, tispeċifika studji rilevanti.

2.  Il-Kummissjoni b'liema mekkaniżmi biħsiebha żżomm il-bilanċ diffiċli bejn titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-fracking minn naħa waħda u l-protezzjoni tal-integrità fiżika tan-nies u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali min-naħa l-oħra?

Imressqa: 13.5.2015

Mgħoddija: 15.5.2015

L-iskadenza għat-tweġiba: 22.5.2015