Proċedura : 2015/2801(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000096/2015

Testi mressqa :

O-000096/2015 (B8-0757/2015)

Dibattiti :

PV 07/10/2015 - 17
CRE 07/10/2015 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 26k
9 ta' Settembru 2015
O-000096/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000096/2015
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Giovanni La Via, György Hölvényi, Tibor Szanyi, Nikolay Barekov, Gerben-Jan Gerbrandy, Merja Kyllönen, Benedek Jávor, Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Il-lezzjonijiet li ttieħdu mid-diżastru tat-tajn aħmar ħames snin wara l-aċċident fl-Ungerija
 Tweġiba fil-plenarja 

Fl-4 ta’ Ottubru 2010, il-kollass ta’ ġibjun tal-iskart fl-Ungerija rrilaxxa madwar miljun metru kubu ta’ tajn aħmar b'livell għoli ta' alkalina. Dan it-tajn għarraq diversi rħula, ħalla għaxar persuni mejta u kważi 150 ruħ midruba, u niġġes żoni kbar ta’ art, inklużi erba’ siti ta’ NATURA 2000. L-aċċident wera biċ-ċar l-implimentazzjoni fqira tal-liġijiet tal-UE, in-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet, u l-lakuni fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Jeżistu siti simili f’bosta Stati Membri, kemm bħala wirt storiku problematiku u bħala riżultat ta’ attivitajiet kontinwi. It-tajn aħmar huwa skart iġġenerat mill-produzzjoni industrijali tal-aluminju, u huwa wieħed mill-akbar problemi ta’ rimi fl-industrija estrattiva.

X’lezzjonijiet ittieħdu mill-aċċident? Il-Kunsill x’azzjoni qiegħed jippjana li jieħu sabiex jiġu evitati tali aċċidenti u jelimina t-tniġġis minn attivitajiet ta’ tħaffir fil-ġejjieni? Il-Kunsill kif biħsiebu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE fl-Istati Membri? Il-Kunsill jikkunsidra li jipproponi mekkaniżmi finanzjarji adegwati fil-livell tal-UE biex isaħħaħ il-limitazzjoni tad-danni wara diżastru?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali