Mistoqsija Parlamentari - O-000097/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000097/2015

Il-lezzjonijiet li ttieħdu mid-diżastru tat-tajn aħmar ħames snin wara l-aċċident fl-Ungerija

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000097/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Giovanni La Via, György Hölvényi, Tibor Szanyi, Nikolay Barekov, Gerben-Jan Gerbrandy, Merja Kyllönen, Benedek Jávor, Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Proċedura : 2015/2801(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000097/2015
Testi mressqa :
O-000097/2015 (B8-0758/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-4 ta’ Ottubru 2010, il-kollass ta’ ġibjun tal-iskart fl-Ungerija rrilaxxa madwar miljun metru kubu ta’ tajn aħmar b'livell għoli ta' alkalina. Dan it-tajn għarraq diversi rħula, ħalla għaxar persuni mejta u kważi 150 ruħ midruba, u niġġes żoni kbar ta’ art, inklużi erba’ siti ta’ NATURA 2000. L-aċċident wera biċ-ċar l-implimentazzjoni fqira tal-liġijiet tal-UE, in-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet, u l-lakuni fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Jeżistu siti simili f’bosta Stati Membri, kemm bħala wirt storiku problematiku u bħala riżultat ta’ attivitajiet kontinwi. It-tajn aħmar huwa skart iġġenerat mill-produzzjoni industrijali tal-aluminju, u huwa wieħed mill-akbar problemi ta’ rimi fl-industrija estrattiva.

X’lezzjonijiet ittieħdu mill-aċċident? Il-Kummissjoni x’azzjoni qiegħda tippjana li tieħu sabiex jiġu evitati tali aċċidenti u telimina t-tniġġis minn attivitajiet ta’ tħaffir fil-ġejjieni? Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE fl-Istati Membri? Il-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi mekkaniżmi finanzjarji adegwati fil-livell tal-UE biex issaħħaħ il-limitazzjoni tad-danni wara diżastru? Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li ssaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-prevenzjoni u t-trattament ta’ skart perikoluż?