Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000099/2015

Testi mressqa :

O-000099/2015 (B8-0759/2015)

Dibattiti :

PV 05/10/2015 - 13
CRE 05/10/2015 - 13

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 195kWORD 28k
15 ta' Settembru 2015
O-000099/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000099/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
David Martin, Alessia Maria Mosca, f'isem il-Grupp S&D

 Suġġett: Kontrolli fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta' oġġetti li għandhom użu doppju wara dak li nkixef minn Hacking Team
 Tweġiba fil-plenarja 

Dan is-sajf ra l-hacking ta' Hacking Team, kumpanija Taljana li tbigħ spyware madwar id-dinja kollha. Dawn l-għodod jippermettu lill-gvernijiet u utenti oħrajn jimmonitorjaw u jirreġistraw kull ċaqliqa diġitali ta’ persuna. Xi dokumenti interni llikjati juru li dawn l-għodod kienu kummerċjalizzati u mibjugħa lill-gvernijiet ta’ pajjiżi li l-UE ikkritikat għal mod kif jimxu fil-qasam tal-jeddijiet tal-bniedem, u jinkludu l-Ażerbajġan, il-Bahrain, l-Eġittu, il-Marokk, u l-Użbekistan. Id-dokumenti jindikaw ukoll li Hacking Team setgħet kisret xi sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u s-Sudan permezz tal-bejgħ ta’ sistemi li jistgħu jintużaw biex jiksru l-jeddijiet tal-bniedem ta’ ġurnalisti, avversarji politiċi, u attivisti tal-jeddijiet tal-bniedem. Filwaqt li din il-kumpanija partikolari tista’ tgħib wara dan il-hack, it-teknoloġija li hija tikkummerċjalizza u l-industrija usa' li hija tagħmel minnhom, se jkomplu. Dan is-suq għadu fil-biċċa l-kbira tiegħu mhuwiex irregolat. Jeħtieġ li jkun hemm trasparenza u responsabilità fir-rigward tal-bejgħ ta’ dawn il-għodod ta' użu duwali li jindaħlu fil-privatezza ta' dak li jkun. Il-politiki ta’ diliġenza interna dovuta u l-isforzi għall-awtoregolazzjoni ma humiex biżżejjed biex jimpedixxu l-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ dawn is-sistemi mill-UE lejn uħud mill-agħar pajjiżi li jiksru l-jeddijiet tal-bniedem. Il-kundanna li tagħmel l-UE tal-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi qatt ma tista’ tkun kredibbli jekk tippermetti l-bejgħ ta’ prodotti li jwasslu għal dawn il-vjolazzjonijiet.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tindirizza l-problema speċifika tal-esportazzjoni tat-teknoloġiji ta’ sorveljanza mill-UE, inklużi l-interpretazzjonijiet differenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri differenti?

2. Il-Kummissjoni kif tivvaluta l-effikaċja tar-Regolament attwali Nru 428/2009 fid-dawl tar-rivelazzjonijiet ta’ Hacking Team? Il-Kummissjoni temmen li Hacking Team kisret ir-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u s-Sudan?

3. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tevita l-ħolqien ta’ kontrolli stretti mhux dovuti jew piżijiet burokratiċi eċċessivi fuq l-għodod għall-ittestjar fil-qasam tas-sigurtà li jista’ jxekkel ir-riċerka?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali