Mistoqsija Parlamentari - O-000115/2015Mistoqsija Parlamentari
O-000115/2015

Is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sorveljanza elettronika tal-massa taċ-ċittadini tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000115/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2015/2635(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000115/2015
Testi mressqa :
O-000115/2015 (B8-0770/2015)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

X'inhi l-valutazzjoni politika ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe sorveljanza elettronika tal-massa li ċ-ċittadini tal-UE jkunu soġġetti għaliha?

Il-Kummissjoni tqis li ċ-ċittadini tal-UE huma protetti biżżejjed kontra s-sorveljanza elettronika tal-massa?

X'miżuri ħadet il-Kummissjoni minn meta ġiet adottata r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Marzu 2014 sabiex tħares id-drittijiet fundamentali f'era diġitali?

X'miżuri ulterjuri beħsiebha tieħu l-Kummissjoni?