Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000118/2015

Testi mressqa :

O-000118/2015 (B8-1101/2015)

Dibattiti :

PV 29/10/2015 - 6
CRE 29/10/2015 - 6

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 28k
1 ta' Ottubru 2015
O-000118/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000118/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Michael Cramer, f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

 Suġġett: Żvilupp ta' teknoloġija bbażata fuq is-satellita għall-possibilità ta' sistemi globali ta' traċċar ta' titjiriet
 Tweġiba fil-plenarja 

It-traġedji tat-titjira 370 tal-Malaysia Airlines u 447 ta' Air France kixfu elementi vulnerabbli fis-sistemi attwali ta' navigazzjoni bl-ajru li fixklu l-identifikazzjoni u l-lokalizzazzjoni f'waqthom ta' inġenji tal-ajru f'diffikultà.

Dan fixkel b'mod sinifikanti l-isforzi effettivi ta' tiftix u salvataġġ u operazzjonijiet ta' rkupru. Is-sistemi ta' traċċar tat-titjiriet illum ikopru biss madwar 30 % tal-ispazju tal-ajru globali.

Il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema tat-trasport bl-ajru għandha tinżamm billi jintużaw teknoloġiji tal-ogħla livell.

Is-satellita ADS-B (Automatic Dependent Surveillance – Broadcast) hija waħda minn dawn it-teknoloġiji. Din tgħin lill-gvernijiet, lill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, kif ukoll lill-linji tal-ajru fl-Ewropa u madwar id-dinja jżidu l-effiċjenza u l-kapaċità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, u jsaħħu b'mod sinifikanti s-sikurezza tal-avjazzjoni, filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura.

L-ostakoli regolatorji għal sistemi ta' traċċar bis-satellita tat-titjiriet għandhom jitneħħew biex jippermettu servizzi ta' salvataġġ tal-ħajja għaċ-ċittadini tal-UE.

L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) identifikat is-satellita ADS-B bħala waħda mit-teknoloġiji li jistgħu jassistu t-traċċar tat-titjiriet barra ż-żoni bl-aktar densità għolja ta' popolazzjoni fejn forom oħra ta' sistemi ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru terrestri huma limitati. Din hija r-raġuni għaliex hija talbet l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) tagħmel l-allokazzjoni meħtieġa tal-band tal-ispettru tar-radju. Dan għandu jseħħ matul il-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2015 (WRC15) li se ssir f'Ġinevra f'Novembru.

– X'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar it-teknoloġija tat-traċċar tat-titjiriet fuq livell globali bbażata fuq is-satellita?

– X'inhi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2015 (WRC15) rigward l-allokazzjoni tal-band tal-ispettru tar-radju meħtieġ biex isostni l-iżvilupp futur ta' teknoloġija bbażata fuq is-satellita, li tippermetti sistemi globali ta' traċċar tat-titjiriet ?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali