Mistoqsijiet parlamentari
PDF 195kWORD 25k
21 ta' Ottubru 2015
O-000133/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000133/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Charles Goerens, Filiz Hyusmenova, f'isem il-Grupp ALDE

 Suġġett: Attakki mill-ajru fuq l-isptar ta' Kunduz u protezzjoni tal-operaturi umanitarji

Waqt il-bumbardament ta' Kunduz – traġedja inaċċettabbli u x'aktarx delitt tal-gwerra billi l-attakki komplew għal aktar minn tletin minuta wara li l-uffiċjali tal-Istati Uniti u tan-NATO ġew informati bl-eżistenza tal-isptar fil-post – mietu xi operaturi umanitarji ta' "Tobba Mingħajr Fruntieri" (Médecins Sans Frontières - MSF) mentri kienu qegħdin jagħtu għajnuna lill-persuni l-aktar fraġli u l-aktar vulnerabbli f'post pubbliku, fil-każ speċifiku sptar ta' MSF.

Waqt l-aħħar sessjoni parzjali ta' Strasburgu, il-Kummissarju Stylianides ħabbar it-twettiq ta' evalwazzjoni rapida tal-bżonn ta' sostenn umanitarju supplimentari.

1. Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni x'miżuri qiegħda tipproponi fir-realtà bil-għan li:

– ittejjeb il-protezzjoni tal-operaturi umanitarji (partikolarment billi jingħataw aċċess umanitarju sikur u adegwat bis-saħħa ta', prinċipalment, servizzi umanitarji bl-ajru);

– jinfetaħ kuritur umanitarju fil-provinċja ta' Kunduz;

– tiggarantixxi responsabilità adegwata għall-miżuri ta' protezzjoni kif ukoll monitoraġġ konsegwenti tal-attakki fuq l-operaturi umanitarji?

2. Xi inizjattivi biħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex tiggarantixxi investigazzjoni indipendenti tal-bumbardament ta' Kunduz u tibda azzjonijiet kriminali għat-telf ta' daqstant ħajjiet u l-qerda parzjali tal-isptar?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali