Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000140/2015

Testi mressqa :

O-000140/2015 (B8-1110/2015)

Dibattiti :

PV 02/12/2015 - 17
CRE 02/12/2015 - 17

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2015 - 11.12
CRE 16/12/2015 - 11.12

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 188kWORD 27k
10 ta' Novembru 2015
O-000140/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000140/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 Suġġett: Is-sitwazzjoni fl-Ungerija: segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015
 Tweġiba fil-plenarja 

Waqt il-plenarja tal-10 ta' Ġunju 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija

Fil-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni "tħaddem l-ewwel stadju tal-qafas tal-UE biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, u għalhekk biex tagħti bidu minnufih għal proċess fil-fond ta' monitoraġġ dwar is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, billi tevalwa ksur potenzjali sistemiku serju tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-TUE, inkluż l-impatt kombinat ta' għadd ta' miżuri li jaggravaw is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u billi tevalwa l-ħolqien ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt f'dak l-Istat Membru li tista' tiżviluppa f'riskju ċar ta' ksur serju skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tat-TUE; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar din il-kwistjoni lill-Parlament u lill-Kunsill qabel Settembru 2015";

Il-Kummissjoni mexxiet dan il-proċess ta' monitoraġġ fil-fond kif intalbet tagħmel mill-Parlament Ewropew? Jekk le, il-Kummissjoni tista' tispjega r-raġunijiet li għalihom ma tatx bidu għal dan il-monitoraġġ fil-fond?

Il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-Parlament Ewropew bil-valutazzjoni li għamlet tas-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija?

Il-Kummissjoni attivat il-Qafas tal-Istat tad-Dritt kif intalbet tagħmel mill-Parlament Ewropew u, jekk le, il-Kummissjoni tista' tipprovdi argument motivat biex tispjega għalfejn m'għamlitx dan?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali