Proċedura : 2015/2932(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000154/2015

Testi mressqa :

O-000154/2015 (B8-0101/2016)

Dibattiti :

PV 21/01/2016 - 5
CRE 21/01/2016 - 5

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2016 - 7.13

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 28k
7 ta' Diċembru 2015
O-000154/2015
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000154/2015
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, Daniel Caspary, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

 Suġġett: Il-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u n-New Zealand
 Tweġiba fil-plenarja 

L-arkitettura ekonomika reġjonali tar-reġjun Asja-Paċifiku qed tiġi msawra kemm miċ-Ċina kif ukoll mill-Istati Uniti permezz ta' negozjati plurilaterali li għaddejjin li jinkludu l-Ftehim ta' Sħubija Trans Paċifika u s-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali.

L-UE, l-Awstralja u n-New Zealand huma sħab tal-istess fehma li jikkondividu valuri u interessi demokratiċi komuni u jaqblu dwar kwistjonijiet globali ewlenin bħad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà, l-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent.

Minkejja l-kooperazzjoni mill-qrib, l-Awstralja u n-New Zealand jibqgħu żewġ membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ minn sitta biss, li magħhom l-UE m'għandha l-ebda ftehim reċiproku ta' aċċess preferenzjali għas-suq jew għaddejja bin-negozjati magħhom għal dan il-għan. Il-pajjiżi l-oħra huma r-Russja, iċ-Ċina, Hong Kong u t-Taipei Ċiniża (it-Tajwan). Huwa diffiċli li wieħed jifhem għalfejn l-Awstralja u New Zealand għadhom f'dan il-grupp.

Il-Kummissjoni tista' tispjega għalfejn sħab qrib ta' xulxin bħall-Awstralja u n-New Zealand, li ilhom jippruvaw jistabbilixxu ftehim ta' kummerċ ħieles mal-UE għal kważi għaxar snin, ma kinux kapaċi jniedu negozjati mal-UE?

X'inhuma r-riskji possibbli tad-devjazzjoni tal-kummerċ li jirriżultaw mis-Sħubija Trans Paċifika, u dawn jaffettwaw l-interess potenzjali tal-UE meta jkunu qed jiġu konklużi ftehimiet ta' kummerċ ħieles komprensivi u ta' kwalità għolja mal-Awstralja u n-New Zealand?

L-iffukar fuq ftehimiet rapidi, ta' kwalità għolja u komprensivi ma' sħab tal-istess fehma u ambizzjużi bħall-Awstralja u n-New Zealand jippermetti lill-UE tintegra aktar fil-ktajjen tal-valur fir-reġjun Asja-Paċifiku?

Wara t-tnedija tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Kummerċ u l-Investiment, id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Presidenti Juncker u Tusk u l-Prim Ministru ta' New Zealand Key fid-29 ta' Ottubru 2015 u d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Presidenti Juncker u Tusk u l-Prim Ministru Awstraljan Turnbull tal-15 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni tista' tagħti aġġornament tal-pjanijiet tagħha dwar il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles futuri mal-Awstralja u n-New Zealand?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali