Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000004/2016

Testi mressqa :

O-000004/2016 (B8-0358/2016)

Dibattiti :

PV 14/04/2016 - 12
CRE 14/04/2016 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 29k
14 ta' Jannar 2016
O-000004/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000004/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ismail Ertug, Lucy Anderson, Francisco Assis, Georges Bach, Miriam Dalli, Isabella De Monte, Karoline Graswander-Hainz, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Herbert Reul, Olga Sehnalová, Claudia Tapardel, Pavel Telička, Kathleen Van Brempt, Wim van de Camp, Kosma Złotowski, Roberts Zīle, Gesine Meissner, Peter Simon, Gabriele Preuß, Susanne Melior, Kerstin Westphal, Norbert Neuser, Bernd Lange, Petra Kammerevert, Maria Noichl, Iris Hoffmann, Ulrike Rodust, Arne Lietz, Evelyne Gebhardt, Jens Geier, Jo Leinen, Joachim Schuster, Constanze Krehl, Udo Bullmann, Jutta Steinruck, Martina Werner, Michael Cramer, Jakob von Weizsäcker

 Suġġett: Is-sewqan awtonomu
 Tweġiba fil-plenarja 

Is-settur awtomobilistiku bħalissa għaddej minn żvilupp mgħaġġel. Filwaqt li sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieq ġew gradwalment implimentati u ottimizzati matul dawn l-aħħar 10 snin, il-pass li jmiss – is-sewqan parzjalment awtonomu – wasal biex jinbeda. L-ewwel mudelli ta’ karozza mgħammra b’karatteristiċi ta' sewqan parzjalment awtonomu bħal awtoparkeġġ komplet, sistemi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet u assistenza għat-traffiku ser jiġu introdotti fis-suq fl-2016. L-ewwel ġenerazzjoni ta’ vetturi kompletament awtonomi qed tiġi żviluppata bħalissa mill-manifatturi tal-karozzi u l-analisti tas-sistema bil-għan ġenerali li tiġi introdotta mill-2030. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi mgħaġġla, is-settur tat-trasport tal-UE jeħtieġ li b’mod urġenti jadatta għar-realtà l-ġdida. Sabiex iżżomm il-pass max-xejriet tas-suq u tibqa’ kompetittiva fil-konfront ta’ reġjuni oħra madwar id-dinja, il-Kummissjoni se jkollha tirreaġixxi malajr għall-isfidi legali, proċedurali u marbuta mas-sigurtà u l-infrastruttura relatati mas-sewqan awtonomu. Il-Kummissjoni trid tindirizza dawn il-kwistjonijiet fundamentali li ġejjin:

– Peress li t-teknoloġija kulma jmur ser tieħu f’idejha responsabbiltajiet fundamentali bħas-sewqan tal-vettura, il-Kummissjoni investigat kif il-liġi eżistenti dwar ir-responsabbiltà għandha tiġi aġġustata? Aktar speċifikament, kif hemm bżonn li tiġi emendata l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar it-Traffiku fit-Toroq tal-1968?

– Peress li l-konnettività fost il-vetturi awtonomi u bejn il-vetturi u l-infrastruttura ser tkun kruċjali sabiex jiġi żgurat il-fluss tat-traffiku mingħajr xkiel, il-Kummissjoni kif biħsiebha tindirizza kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà?

– Fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-infrastuttura ta' vetturi b'sewqan awtonomu, il-Kummissjoni kkunsidrat sa fejn is-sewqan awtonomu jista’ jiġi integrat fl-infrastruttura tat-trasport attwali tal-Istati Membri, u kkunsidrat fejn ikunu xierqa investimenti strateġiċi addizzjonali?

– Peress li l-vetturi b'sewqan awtonomu jeħtieġu proċeduri ta’ ttestjar u spezzjoni differenti, il-Kummissjoni biħsiebha taġġusta l-leġiżlazzjoni eżistenti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, bħar-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE)?

– Minħabba l-bosta kwistjonijiet fundamentali mqajma hawn fuq, il-Kummissjoni diġà bdiet tfassal strateġija għas-sewqan awtonomu fl-UE? Il-Kummissjoni taqbel li, fid-dawl tal-importanza li qed tikber tas-sewqan awtonomu, il-pubblikazzjoni bikrija ta’ Green Paper hija essenzjali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali