Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 27k
25 ta' Jannar 2016
O-000009/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000009/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dominique Bilde, Sylvie Goddyn, Ivo Vajgl, Georg Mayer, Marco Affronte, Emil Radev, Lorenzo Fontana, Takis Hadjigeorgiou, Henna Virkkunen, Bronis Ropė, Tunne Kelam, Dominique Martin, Philippe Loiseau, Sophie Montel, Florian Philippot, Marie-Christine Boutonnet, Edouard Ferrand, Gilles Lebreton, Mylène Troszczynski, Gerolf Annemans, Bernard Monot, Steeve Briois, Marie-Christine Arnautu, Mara Bizzotto, Julie Girling, Arne Gericke, Jean-François Jalkh, Franz Obermayr, Nicolas Bay, Mireille D'Ornano, Zigmantas Balčytis, Joëlle Mélin, Petras Auštrevičius, Igor Šoltes, Georges Bach, Jean-Luc Schaffhauser, Michał Marusik, Marine Le Pen, Louis Aliot, Stelios Kouloglou

 Suġġett: L-esportazzjoni ta' annimali ħajjin barra mill-UE

Kull sena, aktar minn 3 miljuni annimali ħajjin jiġu esportati mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi. Dan il-kummerċ jikkawża tbatija lill-annimali marbuta mat-trasport ta' distanzi twal kif ukoll mal-kundizzjonijiet tat-tismin u t-tbiċċir fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni.

Stħarriġ ta’ diversi assoċjazzjonijiet f’Ottubru 2015 irrapporta prattiki inaċċettabbli dwar il-kundizzjonijiet tat-tbiċċir f’ċerti pajjiżi ta’ destinazzjoni li jiksru r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Dan jikkostitwixxi wkoll ksur serju tal-Artikolu 13 tat-TFUE u tas-sentenza ta’ Ġunju 2015 tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża Zuchtvieh dwar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005. Barra minn hekk, huwa fil-fatt impossibbli li tiġi ssorveljata sew l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni matul il-ħatt u t-trasport.

1. Il-Kummissjoni tista' tgħidilna jekk hijiex biħsiebha tipprojbixxi l-esportazzjonijiet ta’ annimali f’pajjiżi li ma jiggarantixxux il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OIE u mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali bl-istess mod kif inhu diġà pprattikat minn pereżempju l-Awstralja?

2. Il-Kummissjoni x'miżuri tista' tieħu sabiex tiżgura assistenza proattiva fil-pajjiżi tal-importazzjoni rigward it-tismin u t-tbiċċir?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali