Mistoqsija Parlamentari - O-000052/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000052/2016

It-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fir-ristoranti u l-bejgħ bl-imnut

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000052/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alain Cadec, f'isem il-Kumitat għas-Sajd

Proċedura : 2016/2532(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000052/2016
Testi mressqa :
O-000052/2016 (B8-0365/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Studju ppubblikat riċentement minn orgnaizzazzjoni nongovernattiva żvela każijiet allarmanti ta' ttikkettjar ħażin ta' ħut servut f'ristoranti fi Brussell. Dan l-istudju kien ibbażat fuq testijiet tad-DNA ta' aktar minn 280 kampjun ta' ħut li ġie servut fir-ristoranti, inklużi ristoranti tal-istituzzjonijiet Ewropej. Ir-riżultati juru li madwar terz tal-ħut ittestjat kien ittikkettat ħażin.

Dan l-istudju jiżvela problema fundamentali fir-rigward tat-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fl-UE. Dawn il-każijiet ta' ttikkettjar ħażin, li apparentament huma mifrux ħafna, taw informazzjoni qarrieqa lill-konsumaturi.

Fid-dawl ta' dan deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni tista' twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

– Kif jista' jiġi spjegat dan l-ittekkettar ħażin?

– F'liema livelli tal-katina tal-produzzjoni hemm dgħjufinijiet f'termini ta' traċċabilità?

– X'miżuri jistgħu jimplimentaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżgura t-traċċabilità fir-ristoranti, partikolarment fil-qafas tar-Regolament dwar l-OKS Unika?

– Il-Kummissjoni xi progress għamlet fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 36 tar-Regolament dwar l-OKS relatat mal-ekotikkettar tal-UE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura?

– Il-Kummissjoni biħsiebha tisfrutta l-effikaċja tat-twaħħil ta' barcodes tad-DNA bħala għodda tat-traċċabilità għall-prodotti tal-baħar?