Proċedura : 2016/2600(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000058/2016

Testi mressqa :

O-000058/2016 (B8-0702/2016)

Dibattiti :

PV 08/06/2016 - 25
CRE 08/06/2016 - 25

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.13

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 195kWORD 27k
4 ta' April 2016
O-000058/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000058/2016
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Renate Sommer, Renata Briano, Julie Girling, Frédérique Ries, Stefan Eck, Linnéa Engström, Marco Affronte, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Id-deċiżjoni tal-Ġappun li terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016
 Tweġiba fil-plenarja 

F'Novembru 2015, l-Aġenzija Ġappuniża tas-Sajd innotifikat lill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kaċċa għall-Balieni li kienet ser terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni taħt pjan rivedut. Dan il-pjan ta' 12-il sena jippermetti l-qtil ta' 333 balenottera żgħar matul l-istaġun tal-2015-2016, u total ta' kważi 4 000 baliena matul il-perjodu kollu ta' 12-il sena. Billi terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni, il-Ġappun qegħda manifestament tinjora d-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ), li ordnat, fis-sentenza tagħha tal-31 ta' Marzu 2014, il-waqfien tal-qatla annwali tal-Ġappun tal-balieni fl-Oċean tan-Nofsinhar. Il-QIĠ ikkonkludiet li l-kaċċa mhijiex kif isostni l-Ġappun, jiġifieri li hija imwettqa għar-riċerka xjentifika.

Il-kaċċa hija b'hekk bi ksur tad-dritt internazzjonali u d-dgħajjef il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar. Barra minn hekk, ir-riċerka xjentifika ma teħtieġx aktar il-qtil tal-balieni. F'dan il-kuntest, nilqgħu risposti mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet li ġejjin:

– Minbarra id-"démarche" li d-delegazzjoni tal-UE f'Tokjo se tiffirma, il-Kunsill se jikkundanna f'sens iktar strett, id-deċiżjoni tal-Ġappun li terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni u li tikkaċċja u toqtol 333 balenottera żgħar fl-istaġun 2015-2016?

– Il-Kunsill qiegħed jikkunsidra mezzi oħra biex issir pressjoni fuq il-Ġappun permezz ta' kanali bilaterali jew multilaterali?

– Jekk id-"démarche" ma jkollhiex l-effett mixtieq, il-Kunsill ser jieħu azzjonijiet legali biex jiżgura li l-Ġappun jikkonforma mad-deċiżjoni tal-QIĠ, jew ir-reazzjoni tal-UE ser tkun limitata għad-"démarche"?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali