Mistoqsijiet parlamentari
PDF 203kWORD 19k
24 ta' Mejju 2016
O-000081/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000081/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dariusz Rosati, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Danuta Jazłowiecka, Janusz Lewandowski, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Dita Charanzová, Marian-Jean Marinescu, Andor Deli, Martina Dlabajová, Ildikó Gáll-Pelcz, Siegfried Mureşan, Petras Auštrevičius, Ivana Maletić, Krišjānis Kariņš, Csaba Sógor, Eva Paunova, Renate Weber, Michaela Šojdrová, Jeroen Lenaers, Romana Tomc, Ramona Nicole Mănescu, Tunne Kelam, Luděk Niedermayer, Gunnar Hökmark, Inese Vaidere, Pavel Telička, Bogusław Liberadzki, Wim van de Camp, Marijana Petir, Andrej Plenković, Gesine Meissner, Antanas Guoga, Kaja Kallas, Svetoslav Hristov Malinov, Maria Grapini, Henna Virkkunen, Roberts Zīle, Jacqueline Foster, Salvatore Domenico Pogliese, Alojz Peterle, Antonio López-Istúriz White, Dubravka Šuica, Tomáš Zdechovský, Daniel Dalton, Ivan Štefanec, Massimiliano Salini, István Ujhelyi, Kay Swinburne, Davor Ivo Stier, Georgios Kyrtsos, Jiří Pospíšil, Pavel Svoboda, Seán Kelly, Adina-Ioana Vălean, Deirdre Clune, Milan Zver

 Suġġett: Il-paga minima baxxa tal-Ġermanja

Mill-1 ta' Jannar 2015 l-Att dwar il-Paga Minima Ġermaniża (magħruf bħala l-MiLog) li jistabbilixxi rata minima fis-siegħa ta' EUR 8.50 kien ukoll applikabbli għall-impjegati kollha li jwettqu x-xogħol tagħhom fit-territorju Ġermaniż biss fuq bażi temporanja, u għas-sewwieqa tal-kowċis ta' tranżitu, irrispettivament minn fejn ikun ibbażat b'mod permanenti min iħaddimhom. Aħna nifhmu li dawn id-dispożizzjonijiet tal-MiLog jagħmluha impossibbli li l-impriżi tat-trasport igawdu l-libertajiet tas-suq intern tal-UE.

F'Mejju 2015, il-Kummissjoni indikat li l-applikazzjoni tal-paga minima prevista fil-MiLog ma kinitx iġġustifikata fir-rigward ta' vjaġġi ta' tranżitu u “ċerti operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali”, u nediet proċedura ta' ksur kontra l-Ġermanja.

Madankollu, din il-proċedura ta' ksur issa ilha għaddejja għal aktar minn sena u l-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, għadhom ma ngħataw l-ebda tweġiba dettaljata dwar liema regoli għandhom jiġu applikati. Dan jikkaġuna inċertezza legali u nuqqas ta' ċarezza rigward l-iżvilupp ulterjuri ta' attivitajiet ekonomiċi fi ħdan l-UE.

Filwaqt li jittieħed kont ta' dak li ntqal qabel u t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub E-010081/14, E-010749/14 u P-010809/14 mressqa minn diversi Membri tal-Parlament Ewropew, għandna dawn il-mistoqsijiet lill-Kummissjoni:

1. Il-Kummissjoni diġà rċeviet kjarifika preċiża u ġustifikazzjoni sodisfaċenti mill-Gvern Ġermaniż dwar il-MiLog u l-konformità tiegħu mal-liġi tal-UE?

2. X'inhu l-istatus attwali tal-proċedura ta' ksur dwar din il-kwistjoni?

3. Il-Kummissjoni beħsiebha tindirizza din il-kwistjoni fil-Pakkett tat-Triq tagħha imminenti, b'mod partikolari peress li l-inċertezza legali maħluqa tista' tikkawża aktar distorsjonijiet fis-suq intern, bi Stati Membri oħra li jintroduċu azzjonijiet simili?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali