Mistoqsijiet parlamentari
PDF 199kWORD 17k
24 ta' Ġunju 2016
O-000096/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000096/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dominique Bilde, Georg Mayer, Javier Nart, Petras Auštrevičius, Jacqueline Foster, Laura Ferrara, Carolina Punset, Mylène Troszczynski, Jean-François Jalkh, Bernard Monot, Gilles Lebreton, Ivo Vajgl, Marine Le Pen, Mireille D'Ornano, Georgios Epitideios, Mara Bizzotto, Patricija Šulin, Joëlle Mélin, Sylvie Goddyn, Florian Philippot, Sophie Montel, Marie-Christine Arnautu, Marie-Christine Boutonnet, David Martin, Steeve Briois, Jean-Luc Schaffhauser, Jean-Marie Le Pen, Bruno Gollnisch, Mario Borghezio, Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, María Teresa Giménez Barbat, Valentinas Mazuronis, Gerolf Annemans, Matteo Salvini, Davor Škrlec, Bronis Ropė, Nikolay Barekov, Louis Aliot, Nicolas Bay

 Suġġett: It-trasport tal-annimali għat-tnissil lejn it-Turkija

Għal ħames snin, diversi assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-annimali investigaw u ppubblikaw filmat xokkanti b'denunzja għall-abbuż ta' eluf ta' annimali li jivvjaġġaw f'kundizzjonijiet indeċenti.

Bejn l-2010 u l-2014, 1,5 miljun annimal ta' speċi ovina u bovina ġew esportati mill-Unjoni Ewropea kollha lejn it-Turkija. Fl-2015, 80 000 annimal ta' speċi bovina minn Franza ntbagħtu lejn it-Turkija biex jissemmnu jew jinqatlu, u b'hekk Franza saret l-ewwel esportatur Ewropew.

L-investigazzjoni turi li xi drabi l-annimali vvjaġġaw 4 000 km mingħajr ma jixorbu u lanqas jieklu. Agħar minn hekk, it-trasportaturi kisru r-Regolament (KE) Nru 1/2005, li jobbligahom iħottu l-annimali f'intervalli xierqa għal perjodu ta' mistrieħ. Minn 38 trakk spezzjonati fl-2015, din l-inkjesta turi li 89 % kienu qed jiksru r-regolament.

F'April 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li l-leġiżlazzjoni Ewropea tapplika wkoll waqt it-trasport, anki lil hinn mill-fruntieri.

Il-Kummissjoni taf b'din l-inkjesta li saret mill-CIWF u assoċjazzjonijiet oħrajn? X'azzjoni tista' tieħu bil-għan li tiżgura r-rispett tal-leġiżlazzjoni u tikkontrolla aħjar it-trasport tal-annimali ħajjin?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Avviż legali