Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 17k
24 ta' Ġunju 2016
O-000097/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000097/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh, Dominique Martin, Dominique Bilde, Marie-Christine Arnautu, Bernard Monot, Steeve Briois, Jean-Luc Schaffhauser, Mylène Troszczynski, Marie-Christine Boutonnet, Marine Le Pen, Matteo Salvini, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Lorenzo Fontana, Stanisław Żółtek, f'isem il-Grupp ENF

 Suġġett: Teknoloġiji ta' editjar tal-ġenoma: opportunitajiet u riskji

Teknoloġiji ġodda ta' editjar tal-ġeni, bħal CRISPR-Cas9 jew NgAgo, jagħtu l-possibbiltà li d-DNA jinbidel malajr (sostituzzjoni, tibdil, żieda ta' sekwenzi...), anke għall-bniedem, bi spiża baxxa. Dawk it-teknoloġiji huma rikonoxxuti bħala "l-iskoperta tas-seklu" mill-biċċa l-kbira tax-xjentisti.

Filwaqt li dawn l-għodod jindirizzaw kemm il-qasam tal-agrikoltura kif ukoll dak tas-saħħa u joħolqu opportunitajiet ġodda tas-suq, huma jqajmu wkoll kwistjonijiet etiċi importanti, inter alia, rigward il-limitazzjoni tal-użu fil-bniedem.

F'Diċembru 2015, f'Washington, is-Summit dwar l-Editjar tal-Ġeni laqqa' esperti minn madwar id-dinja biex jiddiskutu kwistjonijiet xjentifiċi, etiċi u ta' governanza marbuta mar-riċerka dwar l-editjar tal-ġeni fil-bniedem. Minn dakinhar, l-Isżvezja u l-Ingilterra awtorizzaw esperimenti fuq embrijuni umani modifikati ġenetikament.

Fl-Istati Uniti, tip ta' faqqiegħ "non-browning" iddiżinjat bi CRISPR tqies mill-amministrazzjoni bħala mhux irregolat. Il-ħnieżer jintużaw ukoll biex jiġu prodotti organi umani.

Filwaqt li l-Kummissjoni qed iddum biex tagħti l-pożizzjoni tagħha rigward sistemi ta' editjar tal-ġeni li diġà huma obsoleti bħas-sistemi "zinc-finger nuclease" (ZFN) u "transcription activator-like effector nuclease" (TALEN), tekniki ġodda ta' editjar tal-ġeni malajr qed jieħdu post dawk l-għodod antiki.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi li l-ikel u l-għalf miksuba bl-editjar tal-ġeni, prodotti fl-UE u barra l-UE, jiġu rregolati? Il-Kummissjoni biħsiebha tiddibatti l-kwistjonijiet etiċi mal-Istati Membri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali