Proċedura : 2016/2637(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000106/2016

Testi mressqa :

O-000106/2016 (B8-1802/2016)

Dibattiti :

PV 25/10/2016 - 19
CRE 25/10/2016 - 19

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2016 - 6.8
CRE 26/10/2016 - 6.8

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 16k
13 ta' Lulju 2016
O-000106/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000106/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini, Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Xaħmijiet trans (TFAs)
 Tweġiba fil-plenarja 

L-aċidi xaħmin trans huma xaħmijiet mhux saturati li jinsabu fl-ikel miksub minn ruminanti u fi żjut veġetali parzjalment idroġenati prodotti industrijalment. Il-konsum ta' żjut veġetali parzjalment idroġenati prodotti industrijalment ġie assoċjat ma' żieda fir-riskju ta' mard kardjovaskulari. Konsum għoli ta' TFAs huwa fattur ta' riskju b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' mard koronarju tal-qalb – marda li hija stmata, b'mod konservattiv, li hija responsabbli għal madwar 660 000 mewta kull sena fl-UE, jew madwar 14 % tal-mortalità ġenerali.

It-TFAs jintużaw mill-industrija tal-ikel minħabba karatteristiċi speċifiċi li jagħtu lill-prodotti l-konsistenza mixtieqa u jiggarantixxu żmien tal-ħżin twil. Iżda, fuq kollox, huma input irħis għall-proċess tal-produzzjoni. Il-Prodotti li attwalment huma magħmula bit-TFAs huma fil-biċċa l-kbira fast food, prodotti b'konsum għoli u ikliet ħfief (kemm ħelwin kif ukoll mhux ħelwin) u għalhekk huma kklassifikati bħala ikel ipproċessat ħafna. L-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, jirrikjedi li l-Kummissjoni "tissottometti rapport dwar il-preżenza ta' xaħmijiet trans fl-ikel u fid-dieta ġenerali tal-popolazzjoni tal-Unjoni" lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. "L-għan tar-rapport għandu jkun li jivvaluta l-impatt ta' mezzi xierqa li jkunu jistgħu jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aħjar rigward ikel tajjeb għas-saħħa u d-dieta b'mod ġenerali jew li jkunu jistgħu jippromwovu l-produzzjoni ta' ikel aktar tajjeb għas-saħħa offrut lill-konsumaturi, inklużi, fost oħrajn, l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar xaħmijiet trans, jew restrizzjonijiet fuq l-użi tagħhom." Il-Kummissjoni ġiet mistiedna takkumpanja r-rapport bi proposta leġiżlattiva "jekk ikun xieraq". Fir-rapport ippubblikat f'Diċembru 2015, il-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni u tikkunsidra l-għażliet possibbli (leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi) biex tillimita l-konsum ta' TFAs fl-UE, filwaqt li tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-introduzzjoni ta' dawn l-approċċi. Il-Kummissjoni astjeniet milli tagħmel proposta leġiżlattiva.

Minn mindu ġie adottat ir-Regolament 1169/2011, ħarġet evidenza konvinċenti tal-benefiċċji għas-saħħa li ġġib magħha l-limitazzjoni tax-xaħmijiet trans industrijali fl-ikel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tipproponi limiti bħal dawn sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali