Mistoqsijiet parlamentari
PDF 207kWORD 18k
21 ta' Lulju 2016
O-000109/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000109/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Viviane Reding, Jan Philipp Albrecht, Lucy Anderson, Eric Andrieu, Pascal Arimont, Petras Auštrevičius, Georges Bach, Zigmantas Balčytis, Burkhard Balz, Nikolay Barekov, Hugues Bayet, Ivo Belet, Brando Benifei, José Blanco López, Reimer Böge, Franc Bogovič, David Borrelli, Bogdan Brunon Wenta, Klaus Buchner, Cristian-Silviu Buşoi, Nicola Caputo, David Casa, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Dita Charanzová, Nessa Childers, Deirdre Clune, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Therese Comodini Cachia, Edward Czesak, Miriam Dalli, Viorica Dăncilă, Nicola Danti, Michel Dantin, Esther de Lange, Marielle de Sarnez, Tamás Deutsch, Angel Dzhambazki, Christian Ehler, Karl-Heinz Florenz, Jacqueline Foster, Michael Gahler, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, María Teresa Giménez Barbat, Charles Goerens, Nathalie Griesbeck, Françoise Grossetête, Antanas Guoga, András Gyürk, Takis Hadjigeorgiou, Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Liisa Jaakonsaari, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Eva Kaili, Karol Karski, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Seán Kelly, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Dietmar Köster, Stelios Kouloglou, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, Georgios Kyrtsos, Ilhan Kyuchyuk, Alain Lamassoure, Bernd Lange, Jo Leinen, Jeroen Lenaers, Janusz Lewandowski, Peter Liese, Olle Ludvigsson, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ivana Maletić, Marian-Jean Marinescu, Valentinas Mazuronis, David McAllister, Mairead McGuinness, Roberta Metsola, Louis Michel, Marlene Mizzi, Claude Moraes, Elisabeth Morin-Chartier, Javier Nart, Momchil Nekov, Angelika Niebler, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Rolandas Paksas, Demetris Papadakis, Eva Paunova, Alojz Peterle, Morten Helveg Petersen, Pina Picierno, Tonino Picula, Markus Pieper, Sirpa Pietikäinen, Georgi Pirinski, Julia Pitera, Marek Plura, Pavel Poc, Gabriele Preuß, Franck Proust, Carolina Punset, Julia Reda, Michel Reimon, Frédérique Ries, Dominique Riquet, Robert Rochefort, Claude Rolin, Dariusz Rosati, Virginie Rozière, Paul Rübig, Tokia Saïfi, Massimiliano Salini, Anne Sander, Jacek Saryusz-Wolski, Marietje Schaake, Christel Schaldemose, Helmut Scholz, Annie Schreijer-Pierik, Sven Schulze, Olga Sehnalová, Siôn Simon, Maria Spyraki, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Antonio Tajani, Marc Tarabella, Pavel Telička, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Patrizia Toia, Helga Trüpel, István Ujhelyi, Inese Vaidere, Ivo Vajgl, Kathleen Van Brempt, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jarosław Wałęsa, Renate Weber, Iuliu Winkler, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský, Carlos Zorrinho, Milan Zver, Tadeusz Zwiefka

 Suġġett: Sejħa għal limitazzjoni ta' tariffi abbużivi għal telefonati u SMSs transfruntieri "intra-UE" fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas tat-telekomunikazzjonijiet

Mill-15 ta' Ġunju 2017 it-tariffi tar-roaming bl-imnut għall-konsumaturi meta jużaw il-mobiles tagħhom ġewwa l-Unjoni Ewropea iżda barra minn pajjiżhom fl-aħħar se jiġu eliminati. Peress li l-mobile phones jirrivoluzzjonaw il-ħajja tagħna, aħna nemmnu li din hija kisba kbira għall-konsumaturi. L-Unjoni Ewropea għandha tkompli tikseb benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

Madankollu, ir-Regolament adottat fis-27 ta' Ottubru 2015 ikopri biss it-tariffi tar-roaming, u l-ambitu tiegħu huwa ristrett għal telefonati u SMSs li joriġinaw fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' abbonament tal-mobile. Għaldaqstant, dan ma jirregolax dawk li ta' spiss jissejħu telefonati u SMSs "intra-UE", li joriġinaw mill-pajjiż ta' abbonament tal-mobile u jintemmu fi Stat Membru ieħor. Dan iwassal għal prezzijiet projbittivi għall-konsumaturi (pereżempju, ta' spiss jitħallas EUR 1/min għal telefonata u EUR 0.5 għal SMS), u għas-sitwazzjoni inaċċettabbli fejn telefonati li jsiru waqt li persuna tkun imsiefra jistgħu jkunu orħos minn telefonati magħmula meta tkun f'darha. Il-fruntieri ma mhumiex rikonċiljabbli mad-dinja diġitali, u prattika qadima bħal din m'għandhiex post fis-seklu 21.

Fil-proposta tagħha għal Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet, ippubblikata fil-11 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni pproponiet li tibdel din is-sitwazzjoni u li tillimita t-tariffi imposti għal telefonati u SMSs mill-pajjiż tad-domiċilju għal Stat Membru ieħor. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet twaqqgħu mill-kompromess finali li ntlaħaq fit-trilogi. Għalhekk, bħala parti mill-isforz fuq skala usa' biex jiġi kkompletat verament Suq Uniku Diġitali Ewropew, li hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni, nixtiequ nistaqsu l-mistoqsija li ġejja:

Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta leġiżlattiva sabiex tirregola t-telefonati u l-SMSs intra-UE?

Il-Parlament hawnhekk jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi limiti ċari f'dan ir-rigward fil-proposta tagħha li jmiss għar-reviżjoni tal-qafas dwar it-telekomunikazzjonijiet.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali