Proċedura : 2016/2898(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000115/2016

Testi mressqa :

O-000115/2016 (B8-0721/2016)

Dibattiti :

PV 04/10/2016 - 18
CRE 04/10/2016 - 18

Votazzjonijiet :

PV 06/10/2016 - 5.4
CRE 06/10/2016 - 5.4

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 189kWORD 16k
26 ta' Settembru 2016
O-000115/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000115/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

 Suġġett: Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju: IFRS 9
 Tweġiba fil-plenarja 

Fis-7 ta' Ottubru 2016 se jiskadi l-perjodu ta' skrutinju trimestrali tal-Parlament għall-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju IFRS 9 (Strumenti finanzjarji).

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha taffronta t-tħassib dwar l-effetti negattivi potenzjali tal-IFRS 9 fuq l-investimenti fit-tul?

2. Il-Kummissjoni kif biħsiebha taffronta t-tħassib dwar id-diżallinjament tad-dati effettivi tal-IFRS 9 u tal-istandard futur il-ġdid dwar l-assigurazzjoni (IFRS 17)? Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (International Accounting Standards Board - IASB) tat-12 ta' Settembru 2016 (emendi għall-IFRS 4) huma adegwati u sodisfaċenti għall-UE, jew biħsiebha tipproponi soluzzjoni opzjonali addizzjonali għall-UE?

3. Il-Kummissjoni kif biħsiebha taffronta l-effetti negattivi potenzjali tal-IFRS 9 dwar l-istabilità finanzjarja, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt potenzjali lejn 'l isfel fuq il-livelli ta' ekwità tal-banek jew it-tħassib dwar l-effetti potenzjali marbuta mal-proċikliċità? Kif taħsibha l-Kummissjoni fir-rigward tal-interazzjoni tal-IFRS 9 ma' tipi oħrajn ta' regolamentazzjoni finanzjarja, pereżempju l-rekwiżiti prudenzjali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali