Proċedura : 2016/2966(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000121/2016

Testi mressqa :

O-000121/2016 (B8-1805/2016)

Dibattiti :

PV 23/11/2016 - 14
CRE 23/11/2016 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 207kWORD 18k
12 ta' Ottubru 2016
O-000121/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000121/2016
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Anna Maria Corazza Bildt, Barbara Matera, Constance Le Grip, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Elisabeth Morin-Chartier, Siegfried Mureşan, Alessandra Mussolini, Jan Olbrycht, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Franck Proust, Sofia Ribeiro, Tokia Saïfi, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Romana Tomc, Vladimir Urutchev, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský, Milan Zver, f'isem il-Grupp PPE
Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Iratxe García Pérez, Maria Arena, Birgit Sippel, Claude Moraes, Eric Andrieu, Lucy Anderson, Hugues Bayet, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Viorica Dăncilă, Jean-Paul Denanot, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Afzal Khan, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Maria Noichl, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Vincent Peillon, Pina Picierno, Kati Piri, Soraya Post, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Liliana Rodrigues, Julie Ward, f'isem il-Grupp S&D
Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström, f'isem il-Grupp ALDE
Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Terry Reintke, Josep-Maria Terricabras, Ernest Urtasun, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Malin Björk, Patrick Le Hyaric, Kateřina Konečná, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka, Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Helga Stevens, Julie Girling

 Suġġett: L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
 Tweġiba fil-plenarja 

Lejlet il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, il-Parlament Ewropew jinnota li ftit li xejn sar progress fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi.

Il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi tirrappreżenta ksur tad-drittijiet fundamentali u forma estrema ta' diskriminazzjoni, li hija kemm il-kawża kif ukoll il-konsegwenza tal-inugwaljanzi bejn is-sessi.

Fl-4 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni pproponiet l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-ewwel strument legalment vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri kollha tal-UE ffirmawha, iżda erbatax minnhom biss irratifikawha. L-adeżjoni tal-UE se tipprovdi aktar effiċjenza u koerenza fil-politiki interni u esterni tagħha fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi fl-Ewropa, u tiżgura implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet, il-programmi u l-fondi tal-UE adottati għal dak il-għan. Din se tikkontribwixxi għal objettivi usa’ tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, is-saħħa pubblika u t-tkabbir ekonomiku. Din se ssaħħaħ ir-responsabbiltà tal-UE u r-rwol tagħha fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi fil-livell internazzjonali. Se tiżgura wkoll li jkun hemm żieda u titjib fil-ġbir ta’ data fil-livell Ewropew dwar in-natura u l-firxa ta’ vjolenza fuq in-nisa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul se titfa’ pressjoni politika mġedda fuq l-Istati Membri biex jirratifikaw dan l-istrument.

– Fiex waslu in-negozjati tal-UE dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul?

– X’azzjonijiet konkreti ħadet il-Presidenza biex tħaffef lill-Kunsill għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul?

– Fil-fehma tal-Presidenza, kemm ħa jittieħed żmien sakemm tintlaħaq konklużjoni dwar l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni?

– Xi rwol qed tipprevedi l-Presidenza għall-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-Konvenzjoni?

– X’passi konkreti oħra qed tieħu l-Presidenza biex tiżgura li l-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali