Proċedura : 2016/2966(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000122/2016

Testi mressqa :

O-000122/2016 (B8-1806/2016)

Dibattiti :

PV 23/11/2016 - 14
CRE 23/11/2016 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 208kWORD 17k
13 ta' Ottubru 2016
O-000122/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000122/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Anna Maria Corazza Bildt, Barbara Matera, Constance Le Grip, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Elisabeth Morin-Chartier, Siegfried Mureşan, Alessandra Mussolini, Jan Olbrycht, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Franck Proust, Sofia Ribeiro, Tokia Saïfi, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Romana Tomc, Vladimir Urutchev, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský, Milan Zver, f'isem il-Grupp PPE
Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Iratxe García Pérez, Maria Arena, Birgit Sippel, Claude Moraes, Eric Andrieu, Lucy Anderson, Hugues Bayet, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Viorica Dăncilă, Jean-Paul Denanot, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Afzal Khan, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Maria Noichl, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Vincent Peillon, Pina Picierno, Kati Piri, Soraya Post, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Liliana Rodrigues, Julie Ward, f'isem il-Grupp S&D
Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström, f'isem il-Grupp ALDE
Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Terry Reintke, Josep-Maria Terricabras, Ernest Urtasun, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Malin Björk, Patrick Le Hyaric, Kateřina Konečná, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka, Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Helga Stevens, Julie Girling

 Suġġett: L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
 Tweġiba fil-plenarja 

Lejlet il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, il-Parlament Ewropew jinnota li ftit li xejn sar progress fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista.

Il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista jirrappreżentaw ksur tad-drittijiet fundamentali u forma estrema ta' diskriminazzjoni, li hija kemm il-kawża kif ukoll il-konsegwenza tal-inugwaljanzi bejn is-sessi.

Fl-4 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni pproponiet l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, l-ewwel strument ġuridikament vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri kollha tal-UE ffirmawha, iżda erbatax minnhom biss irratifikawha. L-adeżjoni tal-UE se tipprovdi aktar effiċjenza u koerenza fil-politiki interni u esterni tagħha fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista fl-Ewropa, u se tiżgura implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet, programmi u fondi tal-UE adottati għal dak l-għan. Hija se tikkontribwixxi għal objettivi usa' tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, is-saħħa pubblika u t-tkabbir ekonomiku. Hija se ssaħħaħ ir-responsabbiltà tal-UE u r-rwol tagħha fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista fil-livell internazzjonali. Hija se tiżgura wkoll li jkun hemm żieda u titjib fil-ġbir ta' data fil-livell Ewropew dwar in-natura u l-firxa ta' vjolenza fuq in-nisa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul se titfa' pressjoni politika mġedda fuq l-Istati Membri biex jirratifikaw dan l-istrument.

– Fiex waslu in-negozjati tal-UE dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul?

– X'azzjonijiet konkreti ħadet il-Kummissjoni biex tħaffef in-negozjati fil-Kunsill?

– Fil-fehma tal-Kummissjoni, kemm ħa jittieħed żmien sabiex tintlaħaq konklużjoni dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni?

– Xi rwol qiegħda tipprevedi l-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew fil-proċess ta' monitoraġġ tal-Konvenzjoni?

– X'passi konkreti oħra qiegħda tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul? Barra minn hekk, f'każ li Stat Membru jkun diġà rratifikaha, x'azzjonijiet huma previsti għall-infurzar adegwat ta' dan l-istrument?

– X'inhuma l-miżuri konkreti li jmiss previsti mill-Kummissjoni, minbarra l-kampanja ta' sensibilizzazzjoni li fiha qiegħed jipparteċipa wkoll il-Parlament Ewropew, bl-għan li tinqered il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali