Proċedura : 2016/2954(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000126/2016

Testi mressqa :

O-000126/2016 (B8-1804/2016)

Dibattiti :

PV 26/10/2016 - 11
CRE 26/10/2016 - 11

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 202kWORD 20k
17 ta' Ottubru 2016
O-000126/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000126/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Gianni Pittella, Birgit Sippel, Caterina Chinnici, Juan Fernando López Aguilar, Julie Ward, f'isem il-Grupp S&D
Sophia in 't Veld, Cecilia Wikström, Angelika Mlinar, Filiz Hyusmenova, Nathalie Griesbeck, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen, Urmas Paet, Beatriz Becerra Basterrechea, Gérard Deprez, f'isem il-Grupp ALDE
Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat, Malin Björk, Marina Albiol Guzmán, Dennis de Jong, Stefan Eck, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka, Marisa Matias, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Monika Hohlmeier, Anna Maria Corazza Bildt, f'isem il-Grupp PPE
Jean Lambert, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Laura Ferrara

 Suġġett: Politiki u azzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni
 Tweġiba fil-plenarja 

Bħalissa hemm 65 miljun persuna fid-dinja li qed jiċċaqilqu, inkluż numru kbir ta' tfal — li qed jaħarbu kunflitti, faqar jew fenomeni ta' temp estrem u li qed ifittxu ħajja aħjar u post li jistgħu jsejħulu darhom. Dawn t-tfal huma fost l-aktar nies vulnerabbli fid-dinja: l-għadd tagħhom mhux probabbli li jonqos, u din hija waħda mill-ikbar sfidi ta' żminijietna. Ħafna minnhom qed jivvjaġġaw mal-familja tagħhom, u ħafna oħrajn waħedhom. Kull wieħed minnhom għandu bżonn ta' protezzjoni u huwa intitolat għad-drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Tfal migranti, b'mod speċjali dawk mingħajr dokumentazzjoni, huma vulnerabbli għat-traffikar, l-abbuż u l-isfruttament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħabbret fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tagħha diversi strateġiji u approċċi li s'issa għadha ma pprovdietx. Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi, b'mod partikolari dwar dan li ġej:

1. L-iżvilupp ta' proċeduri effettivi għat-tfal: jeħtieġ li l-proċeduri jkunu effikaċi u veloċi, speċjalment għat-tfal (inklużi tfal f'familji) peress li ma jistgħux ibiddlu l-post, pajjiż jew skola.

2. Talba biex tintemm id-detenzjoni arbitrarja tat-tfal: jeħtieġ li l-proċeduri jitħaffu u proċessi ta' akkoljenza xierqa jeħtieġ li jitħaffu;

3. It-trawwim ta' proċeduri ta' riunifikazzjoni tal-familja;

4. Kustodja: id-dewmien għandu jiġi rappurtat fil-ħatra tal-kustodji u l-kapaċità tagħhom biex jaġixxu b'mod effettiv;

5. L-iżgurar ta' aċċess għall-edukazzjoni: it-tfal migranti għandhom id-dritt għal eżattament l-istess aċċess għall-edukazzjoni bħall-oħrajn;

6. Ir-rilokazzjoni għandha ssir effettiva: sa tmiem Settembru, kienu biss 46 tfal mhux akkumpanjati li ġew rilokati;

7. L-iżgurar ta' appoġġ psikosoċjali għall-vittmi ta' trawma.

Bl-għan li żżomm l-impenji tagħha, il-Kummissjoni se tadotta qafas ta' politika definit b'mod ċar u li jista' jitkejjel, bl-għan li jintuża approċċ komprensiv għall-prevenzjoni tal-vjolenza, l-isfruttament u l-abbuż, jissaħħu s-sistemi ta' protezzjoni għal dawk l-aktar vulnerabbli (inkluż iżda mhux limitat għal minorenni mhux akkumpanjati), u tiġi sorveljata d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għall-protezzjoni tat-tfal tul il-katina tal-migrazzjoni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali