Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 16k
10 ta' Novembru 2016
O-000137/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000137/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Louis Aliot, Gerolf Annemans, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Angelo Ciocca, Edouard Ferrand, Lorenzo Fontana, Sylvie Goddyn, Marcel de Graaff, Jean-François Jalkh, Gilles Lebreton, Dominique Martin, Michał Marusik, Georg Mayer, Sophie Montel, Franz Obermayr, Marcus Pretzell, Laurenţiu Rebega, Matteo Salvini, Jean-Luc Schaffhauser, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky, Olaf Stuger, Joëlle Mélin, f'isem il-Grupp ENF

 Suġġett: Il-kuntest empiriku tas-CETA - studji

Il-Kummissjoni kienet qiegħda tenfasizza l-prospetti ekonomiċi pożittivi tal-ftehim kummerċjali Ewro-Kanadiż CETA sa mill-bidu tan-negozjati.

Intużaw studji kwantitattivi varji biex isaħħu din l-opinjoni billi pprovdewla bażi ta' figuri korrispondenti. Il-projezzjonijiet jissuġġerixxu żieda fil-PDG fl-UE u fil-Kanada ta' bejn 0,08 % u 0,76 % għaż-żewġ ekonomiji.

1. Huwa veru li l-Kummissjoni ma wżat l-ebda studju bbażat fuq il-Mudell ta' Politika Globali tan-Nazzjonijiet Uniti (GPM) biex tevalwa r-riżultati possibbli tal-ftehim CETA?

2. Sa fejn influwenzaw in-negozjati dwar is-CETA effetti bħad-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali intra-UE, tnaqqis possibbli tas-sehem tad-dħul mix-xogħol u telf ta' impjiegi li jista' jiġi mistenni?

3. Jekk issa jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għeluq tas-CETA kienet ibbażata fuq studji foloz u mhux realistiċi, dan jagħti raġuni biex titwaqqaf ir-ratifikazzjoni tal-ftehim?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali