Proċedura : 2016/2988(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000141/2016

Testi mressqa :

O-000141/2016 (B8-1814/2016)

Dibattiti :

PV 30/11/2016 - 16
CRE 30/11/2016 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 17k
15 ta' Novembru 2016
O-000141/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000141/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Rosa D'Amato, Laura Agea, Fabio Massimo Castaldo, Isabella Adinolfi, Rolandas Paksas, Daniela Aiuto, Piernicola Pedicini, David Coburn, f'isem il-Grupp EFDD

 Suġġett: Is-sitwazzjoni fl-Italja wara t-terremoti
 Tweġiba fil-plenarja 

Fl-24 ta' Awwissu 2016 terremot devastanti laqat l-Italja ċentrali. Imbagħad, ir-reġjuni tal-Italja Ċentrali ntlaqtu minn tliet terremoti kbar oħra, fost sensiela ta' theżżiżiet, b'qawwa ta' 5.5 u 6.1 fis-26 ta' Ottubru, u b'qawwa ta' 6.5 fit-30 ta' Ottubru. Fit-terremoti tilfu ħajjithom 290 persuna, u aktar minn 400 ġew irrappurtati midruba, filwaqt li l-possibbiltà ta' "effett domino" tista' twassal biex 100 000 resident jisfaw spostati.

It-territorji kkonċernati jbatu minn deformazzjoni li testendi fuq żona ta' madwar 130 kilometru kwadru bi spostament massimu ta' mill-inqas 70 cm. Konsegwentement, it-terremoti qerdu bliet, ikkawżaw ħsara serja lill-infrastruttura lokali u reġjonali, irvinaw il-wirt storiku u kulturali, u ħarbtu l-attivitajiet ekonomiċi, speċjalment għall-SMEs u l-agrikoltura, kif ukoll għall-potenzjal turistiku u gastronomiku. L-aktar terremot reċenti, dak tat-30 ta' Ottubru, kien l-ikbar tregħid li laqat lill-pajjiż f'aktar minn tletin sena, li wassal għal tfarrik totali ta' villaġġi sħaħ u li wassal ħafna mill-abitanti taż-żoni milquta f'xifer ta' disprament.

Barra minn hekk, it-temp aħrax tax-xitwa li jmiss se jirrappreżenta kwistjoni ta' tħassib kbir għal numru kbir ta' persuni spostati, li hemm bżonn li tiġi indirizzata malajr u b'mod effettiv sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' ħajja diċenti għal dawk li sfaw bla dar.

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

– Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand il-gvern Taljan għal flus mill-Fond Ewropew ta' Solidarjetà? Jekk iva, ħadet il-miżuri neċessarji kollha sabiex tevalwaha fil-pront u tagħti appoġġ bil-għan li tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali Taljani involuti fil-ħidma ta' sokkors wara d-diżastru?

– Il-Kummissjoni beħsiebha tikkunsidra talbiet għal emendi għall-Programmi Operattivi Nazzjonali u Reġjonali Taljani sabiex jiġu indirizzati aħjar il-kwistjonijiet tal-Objettiv Tematiku 5 ("promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji"), jekk l-Italja tiġġustifika kif xieraq dawk it-talbiet skont l-Artikolu 30 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni?

– Tista' il-Kummissjoni tezamina l-proċeduri eżistenti għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-fondi bil-għan li l-proċedura tiġi simplifikata u biex iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni u l-ħlas ta' għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà jitnaqqas?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali