Proċedura : 2017/2526(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000152/2016

Testi mressqa :

O-000152/2016 (B8-0201/2017)

Dibattiti :

PV 15/02/2017 - 15
CRE 15/02/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2017 - 9.7

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 17k
7 ta' Diċembru 2016
O-000152/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000152/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pascal Arimont, Claudia Schmidt, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Wim van de Camp, Pavel Svoboda, Sabine Verheyen, Georges Bach, Jeroen Lenaers, Annie Schreijer-Pierik, Paul Rübig, Heinz K. Becker, Othmar Karas, Elisabeth Köstinger, Herbert Dorfmann, Jerzy Buzek, Andrzej Grzyb, Krzysztof Hetman, Barbara Kudrycka, Janusz Lewandowski, Julia Pitera, Marek Plura, Dariusz Rosati, Jacek Saryusz-Wolski, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Jarosław Wałęsa, Tadeusz Zwiefka, Stanislav Polčák, Jaromír Štětina, Tomáš Zdechovský, Anne Sander, Hugues Bayet, Marc Tarabella, Olga Sehnalová, Claude Rolin, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Danuta Jazłowiecka, Seán Kelly, Adam Szejnfeld, Viviane Reding, Bogdan Brunon Wenta, Frank Engel, Deirdre Clune, Edouard Martin

 Suġġett: L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta' pjan rivedut tal-Ġermanja li jintroduċi pedaġġ stradali
 Tweġiba fil-plenarja 

Rekwiżit ewlieni għal imposti stradali mhux diskriminatorji huwa li l-utenti kollha jħallsu l-istess imposta għall-użu tat-toroq. Fost it-tħassib fundamentali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inizjali tal-Ġermanja dwar pedaġġ stradali, kien hemm it-tħassib li kien diskriminatorju kontra sewwieqa barranin għax kien jippermetti lir-residenti Ġermaniżi jiksbu tnaqqis fil-kont tat-taxxa li jikkorrispondi mal-ammont eżatt tal-ispejjeż tal-pedaġġ. B'dan il-mod it-tnaqqis tal-imposti stradali mit-taxxa fuq il-vetturi kien iwassal għal eżenzjoni de facto mill-imposta, esklużivament għall-karozzi rreġistrati fil-Ġermanja. Billi dan it-tħassib għadu ma ġiex indirizzat, il-Kummissjoni nediet proċedura ta' ksur li eventwalment tressaq lill-Ġermanja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Kummissjoni issa se tħalli l-proċedura ta' ksur pendenti peress li ntlaħaq ftehim mal-Ġermanja fl-1 ta' Diċembru 2016. Kemm il-Kummissarju Violeta Bulc, kif ukoll il-Ministru tat-Trasport tal-Ġermanja Alexander Dobrindt, huma konvinti li s-sistema l-ġdida hija "mhux diskriminatorja" u "kompletament konformi mad-dritt tal-UE".

Il-proposta emendata, madankollu, tiggarantixxi li vetturi rreġistrati fil-Ġermanja biss jibbenefikaw minn tnaqqis tal-imposta stradali mill-kont tat-taxxa annwali tal-vetturi. De facto – u dan reġa' ġie affermat mill-ġdid mill-Ministru tat-Trasport Ġermaniż – għadhom biss utenti barranin li tabilħaqq se jħallsu l-imposti stradali Ġermaniżi.

Tista' l-Kummissjoni tiċċara sa liema punt dan il-ftehim politiku jelimina kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza?

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema tal-imposti riveduta bħala "l-ewwel pass importanti lejn il-pjanijiet tagħha biex toħloq sistema ta' imposti stradali fl-UE kollha".

Eżattament, għaliex il-Kummissjoni hija konvinta minn din is-sistema, minkejja li l-għan tagħha huwa li primarjament jiġu obbligati jħallsu utenti barranin?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali