Proċedura : 2017/2572(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000008/2017

Testi mressqa :

O-000008/2017 (B8-0204/2017)

Dibattiti :

PV 01/03/2017 - 21
CRE 01/03/2017 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 199kWORD 16k
3 ta' Frar 2017
O-000008/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000008/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sophia in 't Veld, Catherine Bearder, Gérard Deprez, Cecilia Wikström, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Angelika Mlinar, Louis Michel, Nathalie Griesbeck, Beatriz Becerra Basterrechea, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom, Renate Weber, Javier Nart, Carolina Punset, Ivo Vajgl, Marian Harkin, Enrique Calvet Chambon, Marietje Schaake, f'isem il-Grupp ALDE
Claude Moraes, Seb Dance, f'isem il-Grupp S&D
Jean Lambert, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Marie-Christine Vergiat, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Josu Juaristi Abaunz, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Paloma López Bermejo, f'isem il-Grupp GUE/NGL

 Suġġett: Ksur tad-drittijiet għall-moviment liberu attwali taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u użu ta' proċeduri ta' tkeċċija wara sitt xhur
 Tweġiba fil-plenarja 

L-Artikolu 21 tat-TFUE u l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxu u jiggarantixxu d-dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. L-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu jikkostitwixxi element ċentrali taċ-ċittadinanza tal-UE. Id-Direttiva 2004/38/KE tistipula r-regoli dwar il-moviment liberu u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom u tipprovdi protezzjoni f'każijiet ta' rifjut ta' residenza jew tkeċċija.

Bħala membru sħiħ tal-UE, ir-Renju Unit għandu japplika l-liġijiet tal-UE dwar il-moviment liberu u huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tiżgura li dawn ir-regoli jiġu applikati b'mod korrett fl-Istati Membri kollha. Mill-2008 'l hawn, il-Kummissjoni ħarġet 29 proċediment ta' ksur kontra għadd ta' Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit, fir-rigward tad-Direttiva 2004/38/KE. Żdiedu r-rapporti li l-Home Office tar-Renju Unit qed jirrikorri għal interpretazzjoni restrittiva tar-rekwiżiti ta' riżorsi suffiċjenti u tal-pussess ta' kopertura tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa sabiex jillimita d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit.

1. Il-Kummissjoni għandha statistika aġġornata dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet għar-residenza, rifjuti ta' residenza u tkeċċijiet mir-Renju Unit, kif ukoll l-għadd ta' appelli għal deċiżjonijiet ta' rifjut u tkeċċija?

2. X'azzjoni ħadet il-Kummissjoni bħala segwitu għall-proċedimenti ta' ksur kontra r-Renju Unit?

3. Xi gwida tipprovdi l-Kummissjoni lill-Istati Membri, inkluż ir-Renju Unit, biex tiżgura li d-Direttiva dwar il-Moviment Liberu tiġi applikata b'mod korrett u li d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE jkunu protetti kif xieraq?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali