Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 19k
3 ta' Frar 2017
O-000009/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000009/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Hilde Vautmans, Nathalie Griesbeck, Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Charles Goerens, Gérard Deprez, Morten Helveg Petersen, Louis Michel, Petras Auštrevičius, f'isem il-Grupp ALDE
Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Marie-Christine Vergiat, Kostas Chrysogonos, Dennis de Jong, Josu Juaristi Abaunz, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Dimitrios Papadimoulis, Martina Anderson, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Anna Maria Corazza Bildt, Roberta Metsola, Esteban González Pons, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Alessandra Mussolini, Salvatore Domenico Pogliese, Barbara Matera, Barbara Kudrycka, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Daniel Buda, Pál Csáky, Jeroen Lenaers, Mariya Gabriel, Henna Virkkunen, f'isem il-Grupp PPE
Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Kati Piri, Anna Hedh, Soraya Post, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Elly Schlein, Péter Niedermüller, Dietmar Köster, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Maria Grapini, Hugues Bayet, Luigi Morgano, Miltiadis Kyrkos

 Suġġett: Il-ġlieda kontra l-għajbien ta' tfal migranti fl-Ewropa

F'Jannar 2016, l-Europol żvelat li fl-Ewropa għebu mill-inqas 10 000 tifel u tifla migranti u rifuġjati, sitwazzjoni li baqgħet ma nbidlitx sal-ġurnata tal-lum. Riċerka mwettqa minn Missing Children Europe u kofinanzjata mill-Kummissjoni kkonkludiet li dan l-għajbien ta' tfal huwa marbut ma' problemi ta' protezzjoni sottostanti, inklużi kundizzjonijiet ta' akkoljenza ħżiena, nuqqas ta' informazzjoni, proċeduri twal u kumplessi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riunifikazzjoni tal-familji u l-ħatra ta' kustodji, kif ukoll il-biża' li dawn jinżammu f'detenzjoni, jintbagħtu lura fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew jittieħdu fil-pajjiż fejn ikunu waslu l-ewwel. L-għajbien ta' tfal migranti ma jiġix rappurtat b'mod sistematiku. Skont l-Europol hemm riskji dejjem akbar marbuta mal-kuntrabandu, it-traffikar u l-isfruttament relatat magħhom minħabba nuqqas kroniku ta' koordinazzjoni fil-livell nazzjonali u transfruntier.

Il-Kummissjoni diġà pproponiet riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS), inklużi miżuri mmirati biex jiġi evitat li t-tfal jgħibu waqt il-migrazzjoni. Minħabba s-serjetà u l-urġenza ta' din il-kwistjoni, madankollu, huwa indispensabbli li tittieħed azzjoni minnufih:

1. Meta sejra l-Kummissjoni tippreżenta strateġija komprensiva biex tipproteġi lit-tfal migranti kollha, kif tħabbar fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni f'Mejju li għadda? Kif sejra l-Kummissjoni tindirizza l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ċari li saru matul l-10 Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-konferenza "Lost in Migration" li saret f'Malta?

2. X'inhi tagħmel il-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri fir-rilokazzjoni ta' aktar tfal mill-Greċja u l-Italja?

3. Kif sejra l-Kummissjoni tiżgura li t-tfal ikunu prijorità fis-CEAS attwali? X'miżuri se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li t-tfal migranti ma jgħibux mis-sistema tal-asil minħabba biża' marbuta mar-ripatrijazzjoni ta' migranti irregolari?

4. X'passi se tieħu l-Kummissjoni biex ittejjeb ir-rappurtar ta' għajbien ta' tfal lill-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-hotline 116 000?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali