Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000011/2017

Testi mressqa :

O-000011/2017 (B8-0209/2017)

Dibattiti :

PV 03/04/2017 - 12
PV 06/04/2017 - 11
CRE 06/04/2017 - 11

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 16k
6 ta' Frar 2017
O-000011/2017
Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000011/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Piernicola Pedicini, Rolandas Paksas, Ignazio Corrao, Eleonora Evi, Isabella Adinolfi, Fabio Massimo Castaldo, Dario Tamburrano, Daniela Aiuto, Rosa D'Amato, David Borrelli, Marco Zullo, Laura Ferrara, Tiziana Beghin, Laura Agea, Marco Valli, f'isem il-Grupp EFDD

 Suġġett: Interpellanza maġġuri - Is-sitwazzjoni traġika ta' "Terra dei Fuochi" (l-art tan-nirien) u tal-abitanti tagħha
 Tweġiba fil-plenarja 

Terra dei Fuochi hija żona enormi f'Campania li fiha aktar minn 2 000 sit imniġġes ħafna li jaffettwaw il-ħajja ta' 2.5 miljun abitant, li jmutu b'riżultat ta' kanċer minn espożizzjoni għal nirien spontanji tossiċi ħafna kkawżati mir-rimi illegali ta' skart perikoluż ġestit mill-Camorra.

Iż-żona affettwata minn nirien tossiċi tinkludi 57 muniċipalità fil-provinċji ta' Napli u Caserta. Ħadd ma jaf kemm indifen skart tossiku hemmhekk matul is-snin u fejn indifen dan l-iskart.

Ir-riżultat ta' dan it-tniġġis huwa mortalità eċċessiva u żidiet sinifikanti fl-inċidenza ta' tipi varji ta' kanċer (ara r-rapporti pubbliċi tal-Istituto Superiore di Sanità(1)).

Fi 32 muniċipalità tal-provinċja ta' Napli, il-mortalità teċċedi l-medja reġjonali b'10% (għall-irġiel) u 13% (għan-nisa), u fi 23 muniċipalità tal-provinċja ta' Caserta, b'4% u b'6% rispettivament. Ir-Reġistru tal-Kanċer tal-Provinċja ta' Napli rreġistra eċċess fl-inċidenza ta' tumuri fis-sistema nervuża ċentrali fl-ewwel sena ta' ħajja (+128%) u fil-grupp ta' bejn żero u 14-il sena (+42%).

Il-Kummissjoni konxja mis-sitwazzjoni traġika f'Terra dei Fuochi?

X'inhuma l-alternattivi ta' politika biex tibda r-rimedjazzjoni u jintemm ir-rimi ta' skart perikoluż?

(1) http://www.iss.it/binary/pres/cont/Terra_dei_Fuochi_AGGIORNAMENTO_SENTIERI.pdf

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali