Mistoqsijiet parlamentari
PDF 199kWORD 16k
13 ta' Marzu 2017
O-000018/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000018/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Franck Proust, Renaud Muselier, Michèle Alliot-Marie, Hugues Bayet, Ivo Belet, Alain Cadec, Arnaud Danjean, Michel Dantin, Rachida Dati, Angélique Delahaye, Esther de Lange, Marielle de Sarnez, Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Françoise Grossetête, Brice Hortefeux, Agnes Jongerius, Marc Joulaud, Philippe Juvin, Jérôme Lavrilleux, Constance Le Grip, Jeroen Lenaers, Louis Michel, Nadine Morano, Elisabeth Morin-Chartier, Maurice Ponga, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Claude Rolin, Dominique Riquet, Tokia Saïfi, Anne Sander, Kathleen Van Brempt, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Cora van Nieuwenhuizen, Lambert van Nistelrooij, Tom Vandenkendelaere, Hilde Vautmans

 Suġġett: Tassazzjoni tal-portijiet

F'Lulju 2013, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Istati Membri kollha dwar is-sistemi tal-portijiet u t-tassazzjoni tagħhom sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni tal-portijiet fid-dawl tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. Minn dak iż-żmien 'il hawn, fuq il-bażi tal-kwestjonarju, il-Kummissjoni nediet proċeduri formali rigward l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-portijiet ta' tliet Stati Membri (in-Netherlands, Franza u l-Belġju). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-eżenzjoni mit-taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u b'hekk tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Madankollu, il-portijiet Ewropej mhumiex atturi soċjoekonomiċi bħal oħrajn. L-awtoritajiet tal-port jistgħu xi drabi jwettqu missjonijiet pubbliċi bħat-twettiq ta' operazzjonijiet tal-pulizija tan-navigazzjoni jew il-garanzija ta' aċċess xieraq għall-operaturi kollha tat-trasport (b'mod partikolari it-tħammil). Huma jipparteċipaw ukoll fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tat-territorji li jaqdu. Bħala pilastri tal-mappa Ewropea tat-trasport, dawn huma punti ta' aċċess u nodi intermodali essenzjali, u għandhom ukoll rwol deċiżiv fil-provvista ta' prodotti u tal-enerġija ta' pajjiż kollu kemm hu. Fl-aħħar mill-aħħar, din l-instabilità legali u approċċ ta' stat stat irendu l-perspettivi ta' investiment iktar ikkumplikati għal portijiet u għall-awtoritajiet lokali li jappoġġjawhom.

Fid-dawl ta' dak li ntqal, tista' l-Kummissjoni:

– tkun aktar trasparenti dwar ir-riżultati tal-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri f'Lulju 2013?

– timpenja ruħha li tinkludi l-karatteristiċi u l-esternalitajiet pożittivi ta' portijiet imsemmija hawn fl-approċċ tagħha?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali