Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000019/2017

Testi mressqa :

O-000019/2017 (B8-0220/2017)

Dibattiti :

PV 15/05/2017 - 9
PV 18/05/2017 - 16
CRE 18/05/2017 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 17k
15 ta' Marzu 2017
O-000019/2017
Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000019/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Dubravka Šuica, Franc Bogovič, Daniel Buda, Pál Csáky, Andor Deli, György Hölvényi, Marijana Petir, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Alojz Peterle, Marian-Jean Marinescu, Miroslav Mikolášik, Ivana Maletić, Milan Zver, Tomáš Zdechovský, Inese Vaidere, Traian Ungureanu, Željana Zovko, Eduard Kukan, Krišjānis Kariņš, Ivica Tolić, Romana Tomc, Dariusz Rosati, Artis Pabriks, Adam Szejnfeld, Renate Sommer, Pavel Svoboda, Michaela Šojdrová, Iuliu Winkler, Zigmantas Balčytis, Nicola Caputo, Doru-Claudian Frunzulică, Georgi Pirinski, Monika Smolková, Olga Sehnalová, Biljana Borzan, Tonino Picula, Anna Elżbieta Fotyga, Ruža Tomašić, Monica Macovei, Jana Žitňanská, Georgios Epitideios, Ivan Jakovčić, Ivo Vajgl, Merja Kyllönen, Julia Pitera

 Suġġett: Interpellanza maġġuri - Differenzi fid-dikjarazzjonijiet, il-kompożizzjoni u t-togħma tal-prodotti fis-swieq Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent tal-UE
 Tweġiba fil-plenarja 

Waqt t-3524 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd li saret fi Brussell fis-6 ta' Marzu 2017, dwar il-kwalità doppja tal-prodotti alimentari, il-Kummissjoni ġiet mistiedna "tqis azzjoni xierqa, inkluża leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE."

Studji kkonfermaw differenzi fil-kompożizzjoni u l-kwalità ta' prodotti bl-istess ditta u bl-istess imballaġġ mibjugħa fis-swieq Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent tal-UE, u ħafna prodotti mibjugħa fil-pajjiżi Ċentrali/tal-Lvant tal-UE ta' spiss ikun fihom ingredjenti ta' kwalità inferjuri minn dik tal-prodotti tad-ditta mibjugħa fis-swieq tal-Punent tal-UE. Xi studji jindikaw li sa nofs il-prodotti fihom differenzi li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tagħhom, inkluż proporzjon aktar baxx ta' laħam, proporzjon ogħla ta' xaħmijiet, aktar ħlewwa artifiċjali u preservattivi, u inqas piż.

Dan ġie nnotat f'firxa wiesgħa ta' prodotti – minn ikel u prodotti għall-indafa personali għal deterġenti u diżinfettanti – li jkunu ta' kwalità inferjuri u xi drabi bi prezz ogħla meta mqabbla ma' prodotti identiċi fit-taqsima tal-Punent tas-suq tal-UE.

Huwa minnu li l-kumpaniji jiddifferenzjaw il-prodotti skont is-suq. Madankollu, huwa inaċċettabbli li jkun hemm differenzi fil-kwalità tal-ingredjent bażiku u li l-konsumaturi jiġu mqarrqa.

B'kunsiderazzjoni tas-suq intern uniku tal-UE, liema miżuri se tieħu l-Kummissjoni sabiex twaqqaf tali prattiki ta' frammentazzjoni tas-suq uniku? Il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tipproteġi lill-konsumaturi billi telimina standards doppji fil-kwalità tal-prodotti mibjugħa fl-Ewropa Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali