Proċedura : 2017/2642(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000024/2017

Testi mressqa :

O-000024/2017 (B8-0212/2017)

Dibattiti :

PV 03/04/2017 - 18
CRE 03/04/2017 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 19k
24 ta' Marzu 2017
O-000024/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000024/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Barbara Lochbihler, Bodil Valero, Terry Reintke, Judith Sargentini, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Martina Anderson, Dennis de Jong, Kostas Chrysogonos, Eleonora Forenza, Jiří Maštálka, Kateřina Konečná, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, Josu Juaristi Abaunz, Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Catherine Bearder, Nathalie Griesbeck, Cecilia Wikström, Louis Michel, Filiz Hyusmenova, Morten Helveg Petersen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sophia in 't Veld, Gérard Deprez, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Renate Weber, Petras Auštrevičius, f'isem il-Grupp ALDE
Birgit Sippel, Anna Hedh, Soraya Post, Pier Antonio Panzeri, Elena Valenciano, Iratxe García Pérez, f'isem il-Grupp S&D
Roberta Metsola, Constance Le Grip, Andrzej Grzyb, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Anna Maria Corazza Bildt, Mariya Gabriel, Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE

 Suġġett: Traffikar tal-Bnedmin
 Tweġiba fil-plenarja 

It-traffikar tal-bnedmin jikkostitwixxi waħda mill-agħar forom ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, minħabba li tirriduċi l-bnedmin għal oġġetti u tmur kontra d-dinjità, l-integrità u d-drittijiet tal-vittmi u taffettwa familji u komunitajiet sħaħ.

Fl-2012 kienet adottata l-Istrateġija tal-UE lejn l-Eradikazzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin. Din l-istrateġija għandha dimensjoni interna u esterna u kienet skedata li tiffunzjona sal-2016. Kienet imħabbra strateġija riveduta, imma din għadha ma ġietx adottata.

1. X'kienu l-konklużjonijiet ewlenin li waslet għalihom il-Kummissjoni mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE lejn l-Eradikazzjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin, u meta għandha l-ħsieb li tadotta l-istrateġija l-ġdida?

2. Kif se jkunu indirizzati fl-istrateġija l-ġdida l-aspetti finanzjarji u ekonomiċi tat-Traffikar tal-Bnedmin, it-tisħiħ tad-dimensjoni tal-ġeneru u l-koerenza interna/esterna fost l-oqsma ta' politika?

3. Kif il-Kummissjoni se tirrispetta d-distinzjoni fundamentali bejn it-Traffikar tal-Bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni fl-istrateġija futura tagħha?

4. Abbażi taż-żewġ rapporti ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, adottata f'Diċembru 2016, liema miżuri qed tippjana l-Kummissjoni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali