Mistoqsijiet parlamentari
PDF 202kWORD 17k
23 ta' Mejju 2017
O-000043/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000043/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Barbara Spinelli, Pascal Durand, Claude Rolin, Kostas Chrysogonos, Marc Tarabella, Pascal Arimont, Martina Anderson, Fabio Massimo Castaldo, Gabriele Zimmer, Helmut Scholz, Josep-Maria Terricabras, Philippe Lamberts, Jiří Maštálka, José Bové, Lola Sánchez Caldentey, Hugues Bayet, Emmanuel Maurel, Marina Albiol Guzmán, Maria Arena, Lynn Boylan, Stefan Eck, Sabine Lösing, Fabio De Masi, Eleonora Forenza, Tania González Peñas, Matt Carthy, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Marie-Christine Vergiat, Paloma López Bermejo, Michèle Rivasi, Max Andersson, Florent Marcellesi, Yannick Jadot, Eva Joly, Karima Delli, Sven Giegold, Ernest Urtasun, Liadh Ní Riada, Malin Björk, Anja Hazekamp, Neoklis Sylikiotis, Kateřina Konečná, Xabier Benito Ziluaga, Dimitrios Papadimoulis, Josu Juaristi Abaunz, Maria Lidia Senra Rodríguez, Stelios Kouloglou, Estefanía Torres Martínez, Merja Kyllönen, Miguel Viegas, João Ferreira, João Pimenta Lopes, Anne-Marie Mineur, Dennis de Jong, Cornelia Ernst, Sofia Sakorafa, Marisa Matias, Javier Couso Permuy, Tiziana Beghin, Rosa D'Amato, David Borrelli, Isabella Adinolfi, Marco Valli, Laura Agea, Eleonora Evi, Dario Tamburrano, Marco Zullo, Daniela Aiuto, Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Martina Michels, Miguel Urbán Crespo, Nikolaos Chountis, Kostadinka Kuneva, Curzio Maltese, Luke Ming Flanagan, Takis Hadjigeorgiou, Ángela Vallina

 Suġġett: Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2014 li tirrifjuta li tirreġistra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Stop TTIP"

Fl-10 ta' Novembru 2014, Michael Efler u oħrajn ippreżentaw rikors kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fejn talbu li r-rifjut tal-Kummissjoni li tirreġistra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) "Stop TTIP" — C (2014)6501 jiġi annullat. Is-Sur Efler u oħrajn kienu inizjalment ippreżentaw talba sabiex jirreġistraw l-inizjattiva f'Lulju 2014, u kienu ġabru aktar minn 3,5 miljun firma b'appoġġ għaliha.

L-IĊE inkwistjoni kienet tirrakkomanda li l-Kunsill jirrevoka l-mandat ta' negozjar tal-Kummissjoni għat-TTIP u, fl-aħħar mill-aħħar, li ma tikkonkludix il-ftehim tas-CETA. Bis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li skontha d-deċiżjoni biex tirtira l-awtorizzazzjoni tagħha biex jinfetħu negozjati bil-ħsieb li tikkonkludi t-TTIP ma tistax tkun suġġetta għal IĊE.

1. Fid-dawl tal-azzjoni ġudizzjarja li għaddejja dwar id-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-IĊE, il-Kummissjoni ħadet xi passi biex tiżgura li d-drittijiet tal-kwerelanti ma jiġux injorati f'każ li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi favurihom?

2. X'azzjoni se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-IĊE inkwistjoni tiġi kkunsidrata fir-rigward tat-TTIP u ta' ftehimiet kummerċjali simili oħra?

3. X'konklużjonijiet ħarġet il-Kummissjoni mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-IĊE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali