Proċedura : 2017/2695(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000046/2017

Testi mressqa :

O-000046/2017 (B8-0316/2017)

Dibattiti :

PV 13/06/2017 - 10
CRE 13/06/2017 - 10

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 18k
31 ta' Mejju 2017
O-000046/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000046/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Angélique Delahaye, Miriam Dalli, Julie Girling, Gerben-Jan Gerbrandy, Kateřina Konečná, Bart Staes, Piernicola Pedicini, Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Il-glifosat
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-glifosat huwa l-aktar erbiċida użat fid-dinja kollha. L-approvazzjoni tal-glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (ir-Regolament PPP) se tiskadi mhux aktar tard mill-31 Diċembru 2017.

Fil-kuntest tal-litigazzjoni fl-Istati Uniti mibdija minn kwerelanti li qed isostnu li żviluppaw linfoma mhux ta' Hodgkin minħabba li ġew esposti għall-glifosat(1), il-qorti ppubblikat dokumenti interni ta' Monsanto. Monsanto huwa s-sid u l-produttur ta' Roundup®, li s-sustanza attiva tiegħu hija l-glifosat.

Il-korrispondenza li ġiet ippubblikata xeħtet dubju fuq il-kredibilità ta' xi studji sponsorjati minn Monsanto li kienu fost l-evidenza użata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex jevalwaw is-sigurtà tal-glifosat. F'dan ir-rigward, it-trasparenza u d-disponibilità pubblika tal-istudji xjentifiċi, kif ukoll tad-data mhux ipproċessata li fuqha huma bbażati dawn l-istudji, huma importanti ferm.

1. Fid-dawl tat-tħassib tal-pubbliku, liema passi qed tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat tkun ibbażata fuq konklużjonijiet xjentifiċi kredibbli u indipendenti? Il-Kummissjoni se tinvestiga l-allegata influwenza indebita min-naħa tal-applikant?

2. X'miżuri speċifiċi qiegħda tqis il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet REFIT li għaddejjin bħalissa tar-Regolament PPP u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, f'dak li jikkonċerna t-trasparenza u r-rwol tal-istudji xjentifiċi disponibbli għall-pubbliku u evalwati bejn il-pari fl-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi?

3. Il-Kummissjoni u l-EFSA kif se jiżguraw li r-rekwiżiti tal-Artikolu 63 tar-Regolament PPP fir-rigward tal-iżvelar ta' evidenza xjentifika jiġu rispettati f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'mod speċifiku s-sentenzi fil-kawżi C-673/13 u C-442/14?

4. X'miżuri qiegħda tieħu l-Kummissjoni biex tiffinanzja r-riċerka u l-innovazzjoni f'dak li jikkonċerna soluzzjonijiet sostenibbli u kosteffiċjenti alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti(2)?

(1) Kawża 3:16-md-02741-VC.
(2) B'segwitu għat-talba li għamel il-Parlament fil-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-abbozz tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (Testi adottati, P8_TA(2016)0119).

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali