Proċedura : 2017/2732(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000047/2017

Testi mressqa :

O-000047/2017 (B8-0319/2017)

Dibattiti :

PV 15/06/2017 - 3
CRE 15/06/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2017 - 8.13
CRE 05/07/2017 - 8.13

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 20k
1 ta' Ġunju 2017
O-000047/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000047/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Patrizia Toia, Martina Werner, Dan Nica, Kathleen Van Brempt, f'isem il-Grupp S&D
Krišjānis Kariņš, Anne Sander, Jerzy Buzek, Massimiliano Salini, f'isem il-Grupp PPE

 Suġġett: Il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa
 Tweġiba fil-plenarja 

Fil-bidu tal-mandat attwali, il-Kummissjoni ssottolineat il-ħtieġa li tinżamm u tissaħħaħ bażi industrijali b'saħħitha u b'rendiment għoli għas-suq intern tal-UE u biex is-sehem tal-industrija tal-PDG tal-UE - li attwalment hu ta' 16 % - jinġieb lura għal 20 % sal-2020. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni impenjat lilha nnifisha li tindirizza t-tħassib tal-industrija u li sistematikament tintegra l-kompetittività industrijali fi ħdan l-inizjattivi kollha tal-linji ewlenin ta' politika. Il-ħtieġa ta' strateġija ċara tal-UE li ssostni l-modernizzazzjoni u t-trasformazzjoni tal-industrija għalhekk ġiet enfasizzata f'livelli differenti ta' politika u dawk istituzzjonali.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq:

1. Tista' l-Kummissjoni tiddeskrivi liema riżultati konkreti inkisbu mill-integrazzjoni tal-kompetittività industrijali fil-politika tal-UE?

2. Fid-dawl tal-fatt li, fuq naħa, ir-rwol tal-industrija fl-ekonomija ġenerali qed jiċkien, u fuq in-naħa l-oħra, l-isfidi kritiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, x'se tkun ir-reazzjoni tal-Kummissjoni? X'azzjoni se tieħu biex tindirizza l-fatturi li qed iħallu impatt fuq il-kompetittività globali tal-industrija Ewropea?

3. Kif se tirrispondi l-Kummissjoni għal sejħiet biex tipprovdi valutazzjoni tal-impatt tal-integrazzjoni tal-politika industrijali fl-inizjattivi strateġiċi tal-UE u biex tressaq strateġija tal-politika industrijali olistika tal-UE flimkien ma' pjan ta' azzjoni korrispondenti? Se tinkludi xi inizjattiva fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2018?

4. Fil-qasam tal-politika industrijali, x'tibdiliet ulterjuri jistgħu jsiru għall-governanza istituzzjonali tal-UE sabiex ikun żgurat approċċ strateġiku koordinat u implimentazzjoni effettiva tal-integrazzjoni tal-kompetittività fost l-oqsma kollha ta' politika?

5. Il-mira li l-industrija tirrapreżenta 20 % tal-PDG tal-UE sal-2020 ċertament se toffri sfida kbira minħabba x-xejriet ekonomiċi fuq terminu twil. Għalhekk, sabiex hi tkun tista' torjenta l-politika industrijali fl-għaxar snin li ġejjin, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tadatta din il-mira u tikkumplimentaha bil-miri dwar il-klima u l-enerġija tal-2030?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali