Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 16k
2 ta' Ġunju 2017
O-000048/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000048/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Victor Negrescu, Daniele Viotti, Julie Ward, Viorica Dăncilă, Simona Bonafè, Miroslav Poche, Hilde Vautmans, Miriam Dalli, Krystyna Łybacka, Ivan Štefanec, Alessia Maria Mosca, Sirpa Pietikäinen, Nathalie Griesbeck, István Ujhelyi, Terry Reintke, Milan Zver, Paul Tang, Eva Maydell, Alain Lamassoure, Helga Trüpel, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Sorin Moisă, Victor Boştinaru, Emilian Pavel, Dan Nica, Maria Grapini, Siegfried Mureşan, Jean-Paul Denanot, Ulrike Lunacek, Agnes Jongerius, Kati Piri, Pina Picierno, Sylvie Guillaume, Tomáš Zdechovský, Brando Benifei, Eider Gardiazabal Rubial, Enrique Calvet Chambon, Momchil Nekov, Krišjānis Kariņš

 Suġġett: Rikonoxximent ta' perjodi ta' studju barra mill-pajjiż

Grazzi għall-istatus ta' residenza tal-familji tagħhom u għal programmi ta' skambju ta' skejjel sekondarji, l-istudenti tal-iskoli jistgħu jgawdu minn mobilità fl-UE. Madankollu, id-dritt ta' moviment liberu ta' studenti u l-familji tagħhom mhuwiex uffiċjalment rikonoxxut, u dan ifixkel il-mobilità tagħhom. Fil fatt, il-perjodi ta' studji tal-istudenti barra mill-pajjiż huma rikonoxxuti biss: 1) jekk ikunu ffinanzjati minn Erasmus+ u 2) fi ftit Stati Membri, u dan jiddependi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-eżempju pożittiv stabbilit minn dawn l-Istati Membri għandu jittieħed bħala mudell biex ikun segwit.

Din is-sitwazzjoni qed tfixkel il-mobilità tax-xogħol ta' ġenituri u tfisser li l-potenzjal enormi ta' mobilità ta' tagħlim f'età żgħira biex tkun promossa ċ-ċittadinanza Ewropea u biex ikunu jistgħu jinkisbu ħiliet interkulturali mhux qed tintuża biżżejjed.

Kif qed tippjana l-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jiggarantixxu libertà ta' moviment għal dawk il-familji li jbiddlu l-post ta' residenza tagħhom, flimkien mat-tfal tagħhom tal-età tal-iskola, kif ukoll għal dawk l-istudenti li lesti li jagħmlu perjodu ta' studju barra minn pajjiżhom?

Kif qed tippjana l-Kummissjoni li tuża l-inizjattivi li għaddejjin, bħall-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, għal dan il-għan?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali