Proċedura : 2017/2725(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000049/2017

Testi mressqa :

O-000049/2017 (B8-0320/2017)

Dibattiti :

PV 13/06/2017 - 2
CRE 13/06/2017 - 2

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 16k
6 ta' Ġunju 2017
O-000049/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000049/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Martina Werner, f'isem il-Grupp S&D
Dario Tamburrano, f'isem il-Grupp EFDD
Michèle Rivasi, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Neoklis Sylikiotis, f'isem il-Grupp GUE/NGL

 Suġġett: Kumpens għal prodotti relatati mal-enerġija ittikkettati ħażin
 Tweġiba fil-plenarja 

Matul in-negozjati reċenti dwar it-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija, it-tim ta’ negozjar tal-Parlament fittex li jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw il-kwistjoni ta’ konsumaturi li jixtru prodotti relatati mal-enerġija, li l-prestazzjoni enerġetika u ambjentali reali tagħhom hija inferjuri għal dik murija fuq it-tikketta tal-enerġija. Il-pożizzjoni tal-Parlament ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-klassi tal-enerġija żbaljata tista’ mhux dejjem tkun skoperta fi ħdan il-limitu ta' sentejn stabbilit mid-Direttiva 99/44/KE u li l-ħsara lill-konsumatur tista’ tinkludi wkoll l-enerġija żejda kkunsmata mill-prodott. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament qies li huwa xieraq li tiġi inkluża dispożizzjoni li tirrikjedi lill-fornituri jikkumpensaw lill-konsumaturi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ dan it-tip u ssuġġerixxa li r-rimedji li ġejjin jistgħu jiġu previsti:

– li prodott jinġieb f’konformità b’sostituzzjoni, bla ħlas, flimkien bi prodott ekwivalenti li jikkorrispondi għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika murija fuq l-oriġinali, li ma kienx konformi, u

– li jingħata kumpens addizzjonali għall-enerġija addizzjonali użata għall-perjodu li għadda wara x-xiri. Dan il-kumpens għandu jkun ibbażat fuq id-differenza bejn il-konsum medju tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta u l-klassi tal-enerġija reali tal-prodott.

Madankollu, ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, u ma saret ebda referenza fit-test finali tal-leġiżlazzjoni li ntlaħaq qbil proviżorju dwaru bejn l-istituzzjonijiet. Madankollu, il-Kummissjoni għamlet id-dikjarazzjoni li ġejja dwar din il-kwistjoni, annessa mal-ftehim:

"Fid-dawl tal-isforzi kontinwi biex jissaħħaħ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodotti, il-Kummissjoni — sabiex ikun indirizzat it-telf finanzjarju potenzjali għall-konsumaturi minħabba prodotti ttikkettati b’mod ħażin jew prestazzjoni enerġetika u ambjentali inferjuri għal dik ittikkettata — għandha tinvestiga jekk jistax jiġi indirizzat kumpens għall-konsumaturi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ klassi tal-enerġija murija fuq it-tikketta."

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq:

– Tista’ l-Kummissjoni telabora b'mod aktar preċiż dwar l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu, inkluża skeda ta’ żmien għal tali azzjonijiet, sabiex tagħmel tajjeb fuq l-impenn tagħha?

– Meta se tkun ikkumpletata din l-investigazzjoni u l-Kummissjoni tqis li l-qafas leġiżlattiv eżistenti huwa biżżejjed?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali