Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 19k
9 ta' Ġunju 2017
O-000051/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000051/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nicola Caputo, Thomas Händel, Isabelle Thomas, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Gérard Deprez, Robert Rochefort, Ivan Štefanec, Nikolay Barekov, Heinz K. Becker, Lara Comi, Margrete Auken, Victor Negrescu, Lynn Boylan, Jordi Solé, Julie Ward, Damiano Zoffoli, Fabio De Masi, Momchil Nekov, Evelyn Regner, Sergei Stanishev, Jean-Paul Denanot, Enrico Gasbarra, Dietmar Köster, Nikolaos Chountis, Miroslav Poche, Doru-Claudian Frunzulică, Michela Giuffrida, Ramón Jáuregui Atondo, Younous Omarjee, Costas Mavrides, Juan Fernando López Aguilar, Viorica Dăncilă, Peter Kouroumbashev, Eric Andrieu, Renata Briano, Pina Picierno, Clara Eugenia Aguilera García, Luke Ming Flanagan, Romana Tomc, Sofia Sakorafa, Barbara Kappel, Laurenţiu Rebega, Georgios Epitideios, Tania González Peñas

 Suġġett: Il-Programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) reċentement enfasizzat il-fatt li l-Programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE, li kien maħsub sabiex inaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, ma tax ir-riżultati mistennija.

Għal dan il-programm, twarrab finanzjament totali tal-UE ta' EUR 6,4 biljun għall-perjodu 2014-2020, iżda rapport mill-QEA jirreferi għal stima li tgħid li se jkun hemm ħtieġa ta' baġit ta' EUR 21 biljun sabiex tiġi megħjuna kull persuna qiegħda fl-Ewropa taħt il-25 sena.

Il-Kummissjoni tenfasizza li kien hemm tnaqqis żgħir fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, imma r-realtà ħarxa hi li l-qgħad fit-tul fost taż-żgħażagħ qed jiżdied. L-iskemi ta' taħriġ li ma jwasslu għal imkien u l-kuntratti temporanji pproduċew ċifri tal-qgħad fost iż-żgħażagħ li jgħattu l-iskala reali tal-problema.

Fid-dawl ta' dak li ntqal, tista' l-Kummissjoni tgħid jekk hijiex biħsiebha:

– iżżid il-finanzjament tal-Programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE b'għajnuna finanzjarja addizzjonali mill-baġit tal-UE u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE)?

– tikkjarifika d-definizzjoni ta' offerta ta' impjieg ta' "kwalità għolja" sabiex tiżgura li l-kumpaniji ma jiħdux vantaġġ mill-iskema biex jużaw liż-żgħażagħ bħala sors ta' xogħol irħis?

– ittejjeb il-ġbir tad-data u s-sistema ta' rappurtar u monitoraġġ għall-programm, billi twettaq valutazzjoni tal-impatt li tispeċifika l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija tiegħu?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali